Diskussjoniji Publika - L-Ambjent u l-Izvilupp tal-Bini

26 ta’ Mejju 2007

 

Id-diskussjoni dwar l-ambjent u l-izvilupp tal-bini kienet is-sitt diskussjoni minn serje ta’ diskussjonijiet socjo-politici organizzata minn Zminijietna. Din id-diskussjoni saret fis-26 ta’ Mejju.

Il-kelliema f’din id-diskussjoni kienu Philip Mifsud (Partit Nazzjonalista); Roderick Galdes (Partit Laburista); Ralph Cassar (Alternattiva Demokratika); Astrid Vella (Flimkien ghall-Ambjent Ahjar); Marco Cremona (Friends of the Earth) u Sandro Chetcuti (GRTU – Chamber of Small and Medium Enterprises). Id-diskussjoni kienet immexxija mill-gurnalist James Debono.

Philip Mifsud qal li f’Malta wiehed iktar isib redevelopment milli zvilupp fuq green areas. Hu qal li fit-tmeninijiet kien isir zvilupp differenti fuq zoni li ma kienx hemm zvilupp fuqhom.

Mifsud qal li l-MEPA hi regulatur fil-oqsma ta’ l-ippjanar u l-ambjent hu ghalhekk ma tistax tkun popolari minhabba li hi maqbuda fin-nofs bejn zewg nahat opposti. Hu qal li r-regoli l-qodma dwar l-Environment Impact Assessment (EIA) kellhom bzonn bidla u li zvilupp ‘ODZ’ (Outside Development Zones) hu neccessarju ghal certu tip ta’ zvilupp bhall-irziezet u fabbriki tal-kostruzzjoni.

Philip Mifsud qal ukoll li ma jistax ikun li l-Periti jibqghu responsabbli ta’ kollox meta jsir l-izvilupp, u li l-ligi ghandha tinbidel sabiex ikuen hemm uzu ahjar mill-gebla Maltija, fejn, per ezempju din tista’ tigi esportata.

Meta gie mistoqsi jekk jaqbilx ma’ taxxa fuq il-bini li qed jithalla vojt ghal skopijiet ta’ spekulazzjoni, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista qal li ma jaqbilx ma’ dan ghax din twassal ghal iktar inflazzjoni fil-qasam tal-bini. Mifsud cahad ukoll li tezisti xi rabta bejn zviluppaturi kbar u partiti politici.

Roderick Galdes li d-decizzjoni tal-gvern dwar il-UCAs (Urban Conservation Areas) ma kienetx gustifikatka u l-anqas ma kienet socjali minhabba li xi kazi gustifikati thallew barra. Qal ukoll li r-riforma fil-Pjan ta’ Struttura tal-1992 ghadu ma sarx.

Il-Kelliem tal-Partit Laburista qal li l-Partit tieghu hu l-uniku partit b’politika nazzjonali dwar l-ambjent u l-village core. Sahaq li l-Partit Laburista ser jirriforma l-pjanijiet lokali u l-Pjan ta’ Struttura, permezz ta’ konsultazzjoni mill-gdid. F’dan ir-rigward, Galdes qal li hemm bzonn ippjanar ahjar,  li zoni ezistenti ta’ zvilupp jigu kkonsolidati, u li l-bord tal-MEPA jiggustifika d-decizzjonijiet tieghu. “Il-MEPA ghandha bzonn riforma”, sahaq Galdes.

Roderick Galdes qal ukoll li l-MEPA ghandha tinvolvi iktar lill-ghaqdiet non-governattivi permezz ta’ ippjanar konsultattiv. Hu qal li l-Partit tieghu m’ghandhux rabta ma’ l-izviluppaturi l-kbar, u li kemm il-darba ta’ vuci lill-ambjentalisti u anke tkellem kontra certu zvilipp. Fakkar li l-Partit Laburista ivvota kontra r-razzjonalizazzjoni tal-Gvern Nazzjonalista.
Ralph Cassar qal li jekk ghal pjan ta’ zvilupp ser joqoghdu jsiru l-eccezzjonijiet, allura dan ma jibqax pjan ta’ zvilupp. Applikazzjonijiet barra z-zoni ta’ zvilupp m’ghandhomx jigu kkunsidrati hlief f’kazijiet eccezzjonali bhall-emergenzi nazzjonali.

Il-Kelliem ta’ l-Alternattiva Demokratika fakkar li skond il-MEPA hawn bizzejjed bini vojt sa’ l-2020. Qal li l-Kunsilli Lokali m’ghandhomx bizzejjed poter biex jenforzaw kontra certu tip ta’ zvilupp.

Dwar ir-razzjonalizazzjoni, Cassar qal li dawk in-nies li gew imwieghda plots bi prezzijiet irhas bhal Lm3,000 ghandhom imorru jsaqsu lil min wieghdom dawn il-plots. Hu qal li Alternattiva Demokratika ghandha kaz il-qorti dwar il-pjan ta’ razzjonalizazzjoni kif giet approvata. “Jekk hemm bzonn niehdu l-kaz fl-Unjoni Ewropeja. Dan ghax il-procedura mitluba mill-UE ma gietx segwita”, kompla Ralph Cassar. 

Ralph Cassar qal li tezisti rabta bejn il-politika u l-izviluppaturi.

Il-Kelliem ta’ AD qal li hawn bzonn ligi dwar il-liberta’ ta’ l-informazzjoni u semma xi proposti ta’ Alternattiva Demokratika, fosthom li l-MEPA tkun maqsuma f’awtorita’ dwar l-ambjent u l-ohra dwar l-ippjanar; li l-bordijiet ikunu maghmula minn professjonijieti full-time minghajr kunflitti ta’ interess; u li jkun hawn dizincentivi kontra l-ispekulazzjoni fil-bini vojt. “Hemm prezz socjali ghall-inflazzjoni fil-prezz tal-bini”, sahaq Ralph Cassar.

Sandro Chectuti qal li li l-izviluppaturi huma kkoncernati fuq l-aspett estetiku ta’ l-izvilupp. Hu qal li tezisti possibilita’ li n-nies jibnu ghalihom stess, billi, per ezempju, jwaqqghu id-djar taghhom u minflok jibnu erba’ appartamenti. Chetcuti sahaq li hemm bzonn ippjanar professjonali u li l-MEPA mhux qed timxi b’mod sodisfacenti. Zied li hemm bzonn li titnaqqas il-burokrazija u li l-bordijiet tal-MEPA jkunu jifhmu fuq is-suggett tal-bini.

Chetcuti qal ukoll li f’Malta hawn oversupply ta’ propjeta ordinarja u mhux ta’ bini ta’ kwalita’.  Qal li din kienet l-ewwel sena f’Malta fejn saru xi korrezzjonijiet fil-prezzijiet tal-bini minhabba l-kwantita’ zejda li tezisti.  Hu qal li taxxa fuq il-bini vojt ikollha impatt negattiv fuq iz-zghir, inkluz in-negozjant iz-zghir u min jixtri l-propjeta’.

Il-Kelliem tal-GRTU zied li hawn bzonn iktar opportunitajiet biex l-investiment jigi diversifikat u qal li f’pajjizna kollox qed jigi politicizzat, u li dan hu hazin. Qal li l-ambjentalisti u l-izviluppaturi ghandhom jiddiskutu bejniethom minghajr politika.

Minn naha taghha, Astrid Vella qalet li f’Malta ir-rata ta’ zvilupp hi wahda mhux sostenibbli u li l-MEPA qed thalli wisq zvilupp.  Qalet li l-iktar li ser igawdu mir-razzjonalizazzjoni kif giet approvata mill-Gvern huma l-izviluppaturi l-kbar. “Kien hemm id-dmugh tal-kukkudrilli ghall-familji u  nies bi qliegh baxx, izda l-Gvern missu ppublika lista tan-nies li ser jibbenefikaw mir-razzjonalizazzjoni”, sahqet Vella.

Astrid Vella qalet li ghandu jkun hemm gustizzja socjali mas-sidien ta’ propjetajiet maqbudin bil-ligijiet tal-kera tal-1939, bhal m’huma dawk li jikru propjeta’ li qed tintuza bhala hanut ghal-prezz ridikolu.

Astrid Vella tkellmet ukoll dwar is-Social Impact Assessment (SIA) li sar ghall-progett ta’ Hondoq ir-Rummien, u qalet li dan qed jghid li madwar mitt persuna biss juzaw il-bajja. Fakkret li f’referendum li kien sar, 85% tal-poplu tal-lokalita’ qalu li ma jridux il-progett, izda is-SIA qed jghid li dan hu “herd instinct”. Vella sahqet li dan l-izvilupp huwa barra z-zona ta’ zvilupp, u ghalhekk m’ghandux jigi kkunsidrat. “

Il-Kelliema ta’ Flimkien ghall-Ambjent Ahjar qalet ukoll li r-regoli godda tal-bini jippermettu kundizzjonijiet inumani bhall-livell ta’ storbju fis-siti ta’ kostruzzjoni, u ziedet li r-restawr ta’ bini antik jista’ johloq ix-xoghol ghal hafna haddiema Maltin li qed ihallu din l-industrija.

Meta gie mistoqsi minn James Debono dwar l-iskart iggenerat mill-kostruzzjoni u l-energija, il-kelliem ta’ Friends of the Earth Marco Cremona qal li l-progetti l-kbar bhal Mater Dei u Smart City ser jikkonsmaw hafna energija, u qal li estenzjoni ta’ 100 mW fil-Power Station ta’ Delimara ser issir ghal dawn iz-zewg progetti biss.

Cremona qal li Malta qed tirriskja multa ta’ 400 Miljun Ewro mill-Unjoni Ewropea jekk ma tikkonformaw mal-politika ta’ l-istess UE dwar l-energija. Sahaq li l-Gvern mhux verament interessat fl-energija alternattiva u qal li li Awtoritajiet bhall-Awtorita’ dwar ir-Rizorsi u l-MEPA qed jghidu li m’humiex responsabli ghal materji bhad-djar li jiffrankaw l-energija. Minflok, ir-responsabilita’ qed taqa’ fuq il-Periti, u ma tezisti l-ebda statistika dwar enfurzar f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ hela ta’ l-energija.

Marco Cremona qal li l-iStrategija ghall-Immanigjar ta’ l-iSkart (2000) qal li l-iskart mill-kostruzzjoni ghandu jonqos fuq medda ta’ hames snin. Izda minflok, dan baqa’ jizdied.  “Fejn qed jispicca dan? Dan qed imur gewwa barrieri fuq il-water table. U l-MEPA qed tghid li m’ghandiex rizorsi biex tikkontrolla x’inhu jsir, fil-kaz li jkun hemm xi zjut, kimika, etc... Fl-istess hin, dan ma jirrikjedix Environment Impact Assessment”.

Il-Kelliem tal-Friends of the Earth qal li kundizzjonijiet ta’ tender bhall-bini ta’ toroq ghandhom jinkludu l-uzu mill-gdid ta’ skart tal-kostruzzjoni.

Cremona qal li l-pjan ta’ razzjonalizazzjoni m’huwiex gust mal-poplu u li r-regoli godda dwar l-Environment Impact Assessment fihom il-kontradizzjonijiet.  Sostna li proposti li m’humiex skond ir-regoli stabiliti mill-MEPA m’ghandhomx jigu kkunsidrati mill-bidu nett. Dan ikun gust anke ghall-izviluppaturi minhabba li jifrankaw hafna spejjez zejda.

Il-Kelliem ta’ Friends of the Earth qal li rridu naraw l-affarijiet f’kuntest politiku. “Qed nippruvaw nilhqu ghanijiet fuq medda qasira taz-zmien, bhad-dhul ta’ l-Ewro, ghad-detriment ta’ dak li hu necessarju fuq medda twila taz-zmien, bhall-protezzjoni ta’ l-ambjent”.  

F’din id-diskussjoni kien hemm ukoll diversi inteventi mill-publiku.

Kien hemm min qal li l-multi li jehlu zviluppaturi kbar qed jintuzaw biex isebbhu postijiet li gew zviluppati mill-istess zviluppaturi. Kumment iehor kien li bosta art publika qed tigi privatizzata, u b’hekk il-publiku qed ikollu inqas postijiet fejn jista’ jgawdi minghajr hlas.

Kien hemm min saqsa dwar ir-rabtiet finanzjarji bejn zviluppaturi kbar u l-partiti politici kbar, u li l-partiti politici ghandhom jippublikaw l-accounts taghhom biex iserrhu ras il-poplu li dan mhux qed jigri. 

Kummenti ohra kienu dwar l-ideologija ta’ zvilupp bla razan, liema ideologija qed tigi mhaddna mill-partiti l-kbar u istituzzjonijiet ta’ l-istat;  u li hemm bzonn li jigi intaxxat il-bini li qed jithalla vojt ghal skop ta’ spekulazzjoni.

Kien hemm min talab ukoll li jkun hemm iktar diversifikazzjoni fl-ekonomija, sabiex b’hekk ma jkunx hemm pressjon fuq l-ambjent mill-industrija tal-kostruzzjoni, u li ghandna nikkontribwixxu ahjar ghall-globalizazzjoni permezz ta’ zvilupp ekonomiku hieles mid-dipendenza fuq il-kostruzzjoni.

Zminijietna issellem lill-Ferdinand Demicoli, edukatur, ambjentalista u attivist socjali li halliena dan l-ahhar. Ferdinand kien midhla ta’ bosta suggetti socjo-politici u ippartecipa f’din id-diskussjoni.   

ambjent

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici