Diskussjoniji Publika - L-Ekonomija Informali u l-Isfruttar tal-Haddiema

3 ta’ Frar 2007

 

Id-diskussjoni dwar l-isfruttar tal-haddiema fl-Ekonomija Informali f’Malta sehhet fit-3 ta’ Frar 2007 u kienet il-hames mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna. Din id-diskussjoni kienet iddedikata lil Remig Farrugia.

F’din id-diskussjoni, il-kelliema kienu Charles Selvaggi (Partit Nazzjonalista), Ian Meli (Alternattiva Demokratika), Tony Zarb (General Workers Union), Gejtu Vella (Union Haddiema Maqghudin), Sandro Chetcuti (GRTU) u Saviour Rizzo (Centre for Labour Studies –Universita’ ta’ Malta). Id-diskussjoni giet immexxijja mill-gurnalist James Debono. Il-Partit Laburista ma baghatx kelliem ghad-diskussjoni, minkejja li kien mistieden jaghmel dan.

Fil-bidu tad-diskussjoni Saviour Rizzo saqsa x’inhi r-relazzjoni bejn l-ekonomija s-sewda u r-rata baxxa ta’ partecipazzjoni fix-xoghol f’Malta, li hi l-iktar wahda baxxa fl-Unjoni Ewropea.

Rizzo fakkar fit-teorija ta’ Karl Marx dwar ir-reserve army of labour, fejn is-sistema kapitalista iggieghel lill-haddiema biex jikkompetu ma xulxin minhabba li jkun hemm rizerva ta’ haddiema li jistghu jinkludu immigranti, studenti, haddiema fl-outsourcing u familji b’genitur wiehed. Rizzo qal li hemm tendenza li haddiema minn dawn il-katerogiji socjali jahdmu fl-ekonomija informali.

Saviour Rizzo tkellem ukoll dwar il-globalizazzjoni, li holqot settur tas-servizzi b’kundizzjonijiet tajba ghal bosta haddiema. “Izda min naha l-ohra, hemm hafna haddiema b’kundizzjonijiet li jfakkruk f’Charles Dickens”.

Rizzo emfasizza l-importanza tal-unjins bhala movimenti socjali, li m’humiex biss gruppi ta’ pressjoni izda movimenti li jissieltu ghall-gustizzja socjali.  F’dan ir-rigward, Rizzo qal li gewwa Franza 10% biss tal-haddiema huma membri tal-unjins, izda dawn ghamlu kisbiet kbar.

Saviour Rizzo qal li tezisti kompetizzoni ingusta fejn hemm min qieghed jopera fl-ekomija irregolari fejn m’hemmx unions, bhas-setturi tat-trasport u l-kostruzzjoni.  Is-soluzzjoni hi li jkun hemm iktar koperazzjoni bejn il-Gvern, min ihaddem u l-unions.

Min naha tieghu, Sandro Chetcuti qal li llum il-haddiem m’huwiex biss l-impjegat izda wkoll is-self-employed. Sahaq li min hu serju jikkompeti billi jikkonforma mal-ligijiet u regoli. “Kwazi tahdem kontrik li timpjega bla ktieb”, kompla Chetcuti, u li zied li l-problema m’hijiex wahda ta’ sfruttar tal-haddiema izda li s-self-employed ma jistax isib haddiema.

James Debono saqsa lil Chetcuti jekk jaqbilx li l-immigranti jigux regolarizzati. Jew iktar jaqbel li jkunu sfruttati bil-mohbi?

Chetcuti wiegeb li kulhadd ghandu jhallas il-bolla u t-taxxi – kemm jekk humiex Maltin jew barranin. Sahaq li l-maggoranza tal-membri tal-GRTU ma jfittxux immigranti illegali.

F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ beneficcji socjali, Sandro Chetcuti qal li dawn ghandu johodhom biss min haqqu. “Min jista’ jahdem u qed jirregistra ghandu jahdem”.

Chetcuti qal li t-Tax Compliance Unit qed “isawwat lis-self-employed iz-zghir. Il-kbir ghandu hafna kumpaniji minn fejn jista’ johrog”.  Chetcuti qal li jekk l-income tax tonqos il-Gvern jibda jigbor iktar – bhal ma qed jigri f’pajjizi ohra – u s-self-employed jiehu nifs. Chetcuti qal li t-taxxi m’ghandhomx ikunu ta’ dizincentiv ghal min irid jahdem.

Il-Kelliem tal-GRTU sahaq ukoll li hu kontra sidien li ma jhallux lill-membri taghhom jissiehbu f’unjins.

Wara Sandro Chetcuti tkellem Tony Zarb. James Debono saqsieh dwar diskors quddiem il-monument tal-haddiema li kien ghamel ftit snin ilu kontra l-isfruttar tal-haddiema barranin. X’gara minn dak iz-zmien l-hawn?

Tony Zarb qal li minhabba d-diskors tieghu, ghadda minn trauma, ghax “Gejt mhedded minhabba kif tkellimt. Ghandna nkunu l-vuci ta’ l-iskjavi l-moderni – specjalment haddiema barranin illegali”.

Zarb spjega kif lil dawn il-haddiema jghabbuhom go trakkijiet fil-5 ta’ filghodu, iraqqduhom go garaxxijiet (gieli jkun hemm sahansitra tletin haddiem fl-istess post) u jtuhom paga mizera, gieli anke ta’ Lm6 fil-gimgha.

Hu semma l-kaz ta’ haddiema Indjani li kienu qed jintuzaw fil-progett tal-Gvern tal-Mater Dei, fejn l-isfruttar kien kbir. “Il-Gvern ghandu jaghti ezempju”, sahaq Tony Zarb, fejn issugerixxa li t-tenders ghandhom ikollohom klawsola dwar il-kundizzjonijiet tal-haddiema. Fuq il-kaz tal-Mater Dei, Zarb qal li l-GWU qajmet il-kaz fl-International Confederation of Trade Unions. Huwa sahaq li l-GWU hi nvoluta wkoll f’zewg kampanji internazzjonali dwar l-isfruttar tat-tfal u dwar xoghol dicenti.

Zarb qal li l-isfruttar qed isir mhux biss fis-settur tal-kostruzzjoni izda wkoll fit-turizmu. “Qed ihaddmu l-barranin b’kundizzjonijiet inferjuri ghal tal-Maltin, gieli anke bla permess”.

Is-Segretarju Generali tal-GWU qal li qed ikun hemm diskriminazzjoni bejn kuntratturi li jimxi mal-ligi u ohrajn li ma jimxux maghha. Semma kif hdejn il-Bezzina Shipyards issib hafna immigranti ifittxu x-xoghol.

Meta gie mistoqsi dwar artikli u kummenti xenofobici li xi kultant jidru fil-gazetti tal-GWU, Tony Zarb qal li hu tkellem kontra dan kemm il-darba, izda sostna li meta wiehed jaghmel hekk “tkun qed tirfes il-kallijiet”. Ghalhekk jehtieg li jkun hemm iktar appogg mill-media dwar dawn il-kwistjonijiet.

Is-Segretarju Generali tal-GWU qal li fost il-haddiema Maltin, hemm zewg kategoriji ta’ haddiema li huma sfruttati iktar minn ohrajn specjalment fl-ekonomija informali.

L-ewwel settur hu dak tal-part-timers, fejn issib haddiema li jigu mpjegati ghal-19 il-siegha u tlett kwarti jew ghal 18-il siegha f’zewg kumpaniji, biex b’hekk ma jikkwalifikawx ghal drittijiet stipulati bil-ligi ghall-part-timers.

It-tieni settur huwa n-nisa. Zarb qal li issib haddiema nisa fil-hwienet li jigu mhallsa bi prodotti li jbiegh il-hanut minflok b’paga. Bosta nisa f’din is-sitwazzjoni jibzghu jiktellmu minhabba li jistghu jispiccaw imkeccija mill-post tax-xoghol taghhom.

Tony Zarb qal li l-General Workers’ Union qed tistinka biex iddahhal dawn il-haddiema membri maghha.

Min naha tieghu, Gejtu Vella, f’risposta ghal mistoqsija ta’ James Debono dwar it-tenders u l-kundizzjonijiet tal-haddiema, qal li ghandna bzonn nidentifikaw il-problema. “Kemm hawn haddiema irregolari ? X’ser naghmlu? Ahna lkoll ghandna nkunu pressure group fuq il-Gvern”.  Vella qal li l-politika dwar tenders ghandha tkun ibbazata fuq l-ahjar u mhux l-orhos, biex b’hekk jigu nkluzi il-kundizzjonijiet tax-xoghol.

Fl-istess hin, zied Vella, hawn xogholijiet li l-Maltin ma jridux jaghmlu minhabba ragunijiet bhal li qed jizdied il-livell edukattiv tal-Maltin.

“Ghandna naraw li kulhadd ikollu kundizzjonijiet xierqa, hu x’inhu l-kulur tieghu”, sahaq Gejtu Vella, li qal li s-socjeta’ ghandha tkun wahda li thenn u li hi mibnija fuq il-gustizzja.

Gejtu Vella sahaq li “hadd m’hu ser itina xejn b’xejn”, u li d-decizzjonijiet li jridu jittiehdu huma iebsa, specjalment meta wiehed isaqsi jekk il-pagi ghandhomx joghlew u meta wiehed janalizza kwistjonijet bhal ‘brain drain’. Qal li “fallejna li npoggu bilqieghda flimkien fuq hmerijiet”

Is-Segretarju Generali tal-UHM qal ukoll li l-unjin tieghu hi membru ta’ ‘Core Group’ li jitkellem fuq kwisjonijiet internazzjonali bhad-drittijiet tal-haddiema Cinizi f’pajjizhom.

Wara l-intervent ta’ Gejtu Vella, James Debono saqsa lil Charles Selvaggi jekk l-immigrazzjoni ghandiex tkun immaniggjata. “Ghandna nikkontrollaw kemm jigu haddiema?”, saqsa James Debono.

Charles Selvaggi qal li hawn hafna haddiema barranin, inkluz mill-Ewropa tal-Lvant. F’dak li ghandu x’jaqsam ma’ haddiema legali, tajjeb wieheb izomm f’mohhu li difficli ssib haddiema ‘unskilled’ Maltin f’oqsma bhat-turizmu, u ghalhekk ikun hemm bzonn ta’ haddiema barranin.

James Debono saqsa jekk hemmx differenza zghira wisq bejn il-paga minima u l-beneficcji socjali, u jekk dan hux iwassal ghal hafna xoghol mhux iddikjarat.

Selvaggi wiegeb li min jaqla madwar Lm60 – Lm70 fil-gimgha jaqbillu jiddikjara ghax ma jhallas taxxa, u jgawdi minn sigurta’ u beneficcji. Dan jghodd ukoll ghall-part-timers.

Izda, “l-Gvern ma jistax isolvi kollox. Trid in-nies li jikkoperaw”, sahaq Selvaggi.

Charles Selvaggi qal li ma tantx jezisti sfruttar ta’ haddiema regolari ghax il-unions jistghu jaqbzu ghalihom, mhux bhall-“imsieken” l-ohra.

Fl-intervent tieghu il-kelliem ta’ Alternattiva Demokratika Ian Meli qal  “fl-ekonomija regolari hemm l-isfruttar tal-haddiema. “Ahseb wara fl-ekonomika irregolari!”

Meli qal li haddiema irregolari ma jistghux isibu rikors per ezempju jekk l-imghallem ma jhallasomx. Il-burokrazija  wkoll ma tghinx lill-imghallem biex jirregolarizza lill-haddiema, ghax m’hemm bizzejjed incentivi.

L-infurzar huwa mportanti, specjalment meta wiehed izomm f’mohhu kwistjonijiet bhall-penzjoni ta’ dawn il-haddiema, sahaq il-kelliem ta’ Alternattiva Demokratika. Jekk haddiem jigi mpjegat b’mod irregolari, l-istess haddiem ikun nieqes minn bosta drittijiet bhall-istess penzjoni, minhabba li ma tkunx qed issir kontribuzzjoni ghall-bolla.

Ian Meli sostna li l-Alternattiva Demokratika tahdem biex haddiema fis-settur infurmali jkollhom id-drittijiet taghhom garantiti, u kemm il-darba tkellmet dwar sfruttar ta’ haddiema f’setturi bhall-kostruzzjoni, dwar part-timers u haddiema barranin.

Id-diskussjoni kienet karatterizzata wkoll minn bosta kummenti mill-publiku. Kien hemm min emfasizza l-bzonn ta’ iktar demokratizazzjoni sabiex il-haddiema jkollhom iktar drittijiet.

Haddiehor emfasizza l-bzonn ta’ alleanzi kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll globalment sabiex il-unjins jiddefendu l-haddiema b’mod li jissalvagwardja d-drittijiet taghhom f’kuntesti differenti. Wara kollox, il-haddiema ghamlu bosta rebhiet f’dawn l-ahhar snin b’dawn it-tip ta’ alleanzi, bhal m’huma xi rebhiet fis-Services Directive u dwar haddiema tal-portijiet fl-Unjoni Ewropea, u r-rebha globali kontra l-Multilateral Agreement on Investment.

Kien hemm min qal li “l-huta tinten minn rasha” ghax il-Gvern mhux qed jaghti ezempju tajjeb meta jaghti tenders ibbazati fuq ic-cheap labour, bhal m’huma l-kazijiet ta’ Mater Dei u t-Tarzna. Din is-sitwazzjoni hi ferm differenti minn dik f’pajjizi bhall-Isvezja, li rebhet kaz kontra haddiema mill-Litwanja li kienu ser jigu mpjegati bic-cheap labour ghad-detriment ta’ haddiema Svedizi.

Kummenti ohra kienu li l-unjins imisshom jinghaqdu f’Kunsill tad-Trade Unjins u mhux jinhlew fit-tilwim bejniethom; u li huma bosta sidien f’bosta oqsma li jhaddmu haddiema b’mod infurmali ghax jaqbillhom, biex b’hekk jaghmlu iktar profitt.

seminar_photo

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici