Diskussjoniji Publika - Paci fil-Lvant Nofsani

21 ta’ Frar 2009

 

“Paci fil-Lvant Nofsani”

Rapport dwar Diskussjoni organizzata minn Zminijietna

Id-diskussjoni dwar paci fil-Lvant Nofsani sehhet fil-21 ta’ Frar 2009, u kienet il-hdax mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna.

F’din id-diskussjoni, attendew bosta kelliema li huma msiehba ta’ ghaqdiet u partiti bhall-Zminijietna – Lehen ix-Xellug, Alternattiva Demokratika, il-Partit Nazzjonalista, Azzjoni Nazzjonali, Alleanza Liberali, akkademici, studenti, haddiema u penzjonanti.

Id-diskussjoni giet immexxijja mill-gurnalist James Debono, li spjega l-isfond ta’ pessimizmu li jezisti dwar dan is-suggett. Tkellem dwar ir-rizultat ta’ l-elezzjoni fl-Israel, fejn rebah il-Lemin estrem, u kif il-Gvern huwa kontra soluzzjoni ta’ zewg stati. ‘L-istorja hija kontrina u hi wisq kumplessa’, sahaq Debono.

James Debono qal li fil-Palestina, is-socjeta’ civili hija hajja, u rrefera ghal kandidat presidenzjali Barbuti, li gab 30% tal-voti. Barbuti huwa attivist progressiv li hadem ma intelletwali bhall-Edward Said.

Michael Briguglio qal li Malta ghandha tiehu pozizzjoni kuragguza u mhux tiehu naha. Kemm l-Israel u l-Palestina ghandhom id-dritt li jezistu, u hadd m’ghandu jghid li l-iehor m’ghandux dritt jezisti. Fl-istess hin, l-Israel ghandha tohrog mill-artijiet okkupati minnha illegalment. Briguglio qal li l-globalizazzjoni qed iggib maghha opportunijiet u riskji godda, u fost dawn ta’  l-ahhar wiehed isib ir-reazzjoni tal-fundamentalizmu religjuz, li ma jigix mix-xejn. ‘L-izvilupp socjali u ekonomiku jista’ jikkumbatti dawn ir-riskji’.

Malcolm Seychell qal li jaqbel ma Briguglio li ghandna niehdu triq tan-nofs u li l-media mhux dejjem tpingi stampa korretta. ‘Immagina qed tghix f’sitwazzjoni fejn dejjem tigi assedjat bir-rockets. Il-Hamas iridu l-qirda ta’ l-Israel’.

Alex Perici Calascione qal li hemm hafna interessi fil-kwistjoni, u r-rizultat ta’ l-elezzjoni fl-Israel ser iggib maghha iktar tbatijiet. Qal li l-Hamas jemmnu li l-art hi tal-Musulmani kollha u mhux biss tal-Palestinjani. ‘L-idea ta’ stabilita’ tal-Istati Uniti hi problematika. Malta ghandha relazzjonijiet tajba maz-zewg nahat u ghandha tuza dan il-potenzjal’.

Mario Mifsud saqsa jekk ghandniex naraw il-kwistjoni fuq livell nazzjonali jew internazzjonali. ‘Jekk narawha fuq livell nazzjonali, allura dan iwassal ghall-gwerra. Din il-kwistjoni hija wahda ta’ responsabilita’ internazzjonali

Wayne Hewlitt qal li l-Palestinjani huma maqsumin f’movimenti differenti bhal Hamas u Fatah. Sahaq li Azzjoni Nazzjonali temmen f’soluzzjoni ta’ zewg stati, ta’ l-Israel u l-Palestina, izda li li l-Fatah ghandha tkun il-vuci tal-Palestinjani.

Dun Gwann Xerri qal li s-sitwazzjoni bejn l-Israel u l-Palestina hija simili ghar-regim ta’ l-apertheid li kien jezisti fl-Afrika t’Isfel. ‘Il-Palestinjani m’ghandhomx sovranita’ fuq l-ajru u l-bahar, u Malta akkiwstat iktar minn dan fl-Indipendenza!’

Xerri sahaq li l-Israel qed tokkupa lill-Palestina b’mod illegali, u ghalhekk ghandha l-obbligi. ‘Il-Palestinjani huma vittmi ta’ xi haga li ma holqux huma. L-Israel qatt ma segwiet id-decizzjonijiet tal-Gnus Maqghuda li kienu appoggjati mill-Istati Uniti. Israel hi potenza nukleari! Il-vittmi vera huma l-progressivi fuq iz-zewg nahat. Jista’ wiehed jimmagina xi tfisser li jkollok tifel li jrid isir kamikaze?’

Sandro Pace qal li meta Arafat kien imexxi lill-Palestinjani, it-talbiet tieghu ma kienux realistici. Per ezempju, kieku il-Palestinjani kollha kellhom jirritornaw lura, dan kien johloq problemi demografici kbar. Pace sahaq li hemm problema mhux biss fl-influenza ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, izda ukoll bl-influenza ta’  l-Iran. ‘Il-fundamentalizmu religjuz m’huwiex ta’ beneficcju’.

Jean-Pierre Sammut qali li ‘l-Istati Uniti ta’ l-Amerika qed tesporta l-ipokrezija u mhux id-demokrazija. Inkella kif tappoggja lill-Arabja Sawdita, meta din m’hijiex demokratika?’

Christopher Cutajar qal li mhux biss l-Istati Uniti ta’ l-Amerika qed tesporta l-ipokrezija, izda anke Tony Blair, li qed jinnegozzja l-paci fil-medju orjent meta hu involut fil-bejgh ta’ l-armi. Cutajar fakkar kif Bush waqqaf l-ghajnuna lill-Palestinjani meta eleggew lill-Hamas b’mod demokratiku, u kif Arab ma jithallewx jikkontestaw l-elezzjonijiet fl-Israel. ‘Irridu nzommu f’mohhna l-effetti tal-gwerra u ta’ l-imblokk fuq il-Palestinjani. Izda l-Palestinjani ma jaqbillhomx juza w il-vjolenza. Ghandu jkun hemm Unjoni Ewropea b’sahhithha biex tikkonfronta dawn il-problemi’.

Alfred Vella qal li l-ekonomija Amerikana tiddependi mill-gwerra. ‘Obama gab it-tama, izda l-industrija tal-militar ghandha bzonn tbiegh f’din il-krizi ekonomika, anke lill-Israel’. Vella sahaq li permezz ta’ l-elezzjoni ricenti, l-Israel resqet lejn il-lemin u li l-Hamas u l-Israel gabu iktar mibgheda lejhom. ‘Malta ghandha tkun favur il-paci u mhux favur l-Israel jew il-Palestina’.
 
Michael Camilleri saqsa, ‘fuq liema paci qeghdin nitkellmu? Il-paci ser tkun wahda artificjali bhal dik ta’ l-eks Juogslavja. Il-Hamas ma giex mix-xejn, u meta tkun qed toqrob il-paci, jerga’ jitfacca l-estremizmu’. Camilleri ghalhekk saqsa jekk hemmx xi infiltrazzjoni internazzonali fil-kwistjoni.

David Pisani qal li kien zball kbir li Gvernijiet u istituzzjonijiet bhall-Unjoni Ewropea ma rrikonoxxewx il-gvern tal-Hamas, li gie elett b’mod demokratiku. ‘Storikament, iktar ma pajjiz jizviluppa, aktar isir demokratiku, izda l-Israel ma tridx li dan isehh fil-Palestina’.

Margaret Richards innutat dak li qiset bhala nuqqas ta’ oggettivita’ f’din id-diskussjoni. ‘Hemm hafna ezempji zghar ta’ solidarjeta’ li jistghu iwasslu ghall-paci. Is-socjeta’ civili iktar tista’ tikkontribwixxi ghall-paci minn Gvernijiet u l-militar’.

Ralph Cassar qal li l-istorja m’ghandiex tintuza biex tiggustifika l-prezent. ‘Biex ikun hemm il-paci ghandha tinfetah il-gagga’.

Mary Anne Zammit tkellmet dwar l-interessi Amerikani fl-Israel u saqsiet ghalxiex l-Unjoni Ewropea mhux qed taghmel il-parti taghha, anke fid-dawl tat-trattat ta’ Lisbona.

Carmen Caruana qalet li analizi dwar il-kwistjoni m’ghandhiex tiffoka biss fuq ir-religjoni jew ir-rwol ta’ l-UE, izda, fuq pluralita’ ta’ fatturi u kwisjonijiet bhar-rwol tal-medja, is-sigurta’, u ohrajn.

Lara Vassallo qalet li l-gwerra kienet zbilancjata. ‘L-anqas ma hemm zewg stati. Qabel mal-Palestinjani jinghataw l-intergitra’, ma nistghux nistennew progress’. 

Minn dan id-dibattitu hareg car kemm hi kumplessa l-kwistjoni tal-Paci fil-Lvant Nofsani. Li hu zgur hu li m’hemmx soluzzjoni facli, u hemm fatturi varji li jikkaraterizzaw is-suggett. Nittamaw li l-gustizzja socjali tirbah.

peaceinthemiddleeast

paci

 

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici