“X’nistennew mill-kandidati ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew”

25 ta’ April 2009

 

Rapport dwar Diskussjoni organizzata minn Zminijietna

Id-diskussjoni dwar l-elezzjonijiet ghall-Parlament Ewropew sehhet fil-25 ta’ April 2009, u kienet it-tnax mis-sensiela ta’ diskussjonijiet pubblici dwar temi politici u socjali li qed jigu organizzati minn Zminijietna.

F’din id-diskussjoni, ippartecipaw kandidati ghall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew  mill-partiti li ser jikkontestaw. Id-diskussjoni giet immexxijja mill-gurnalist James Debono, li saqsa lill-partecipanti biex jaghtu l-veduti taghhom dwar il-krizi globali ekonomika u dwar il-politika socjali, b’emfazi fuq il-kwistjoni kurrenti dwar jekk ghandux jizdied il-parental leave. Ta’ min jghid li Malta ghandha l-iktar leave baxx fl-Unjoni Ewropea, li jammonta ghall 14-il gimgha.

John Zammit, f’isem Alleanza Liberali qal li l-partit tieghu jiffoka fuq drittijiet civili u sahaq li jaqbel li jizdied il-parental leave, kemm ghan-nisa kif ukoll ghall-irgiel. Izda qal li din il-mizura ma tkunx facli ghal min ihaddem.

Edward Demicoli, f’isem il-Partit Nazzjonalista qal li l-partit tieghu dejjem kien pro-attiv dwar il-krizi ekonomika, u qed jahdem id f’id ma’ kumpaniji li qed jiffacjaw problemi bhall-Methode biex jilqghu din l-isfida. Dwar il-parental leave qal li personalment jaqbel ma’ min qed jipproponi li dan jizdied ghall-24 gimgha (bhall-Organizazzjoni Dinjija tas-Sahha), izda fl-istess hin, saqsa jekk il-kompromess propost mill-Parlament Ewropew, ta’ 20 gimgha jistax ikun vijabbli fis-sitwazzjoni prezenti. Demicoli qal li forsi soluzzjoni tajba tkun li dan jigi introdott b’mod progressiv fuq medda ta’ zmien.

Arnold Cassola, f’isem Alternattiva Demokratika qal li l-krizi globali ekonomika hija opportunita. ‘Filwaqt li ghandna niddefendu l-industrija tradizzjonali, tajjeb li ninvestu f’teknologiji godda bhall-energija nadifa, l-immanigjar ta’ l-ambjent u f’setturi bhall-produzzjoni lokali ta’ l-ikel’. Cassola spjega li l-Hodor Ewropej qed jipproponu Green New Deal sabiex jinholoq xoghol li hu sostenibbli fl-isferi socjali, ekologici u ekonomici, u sahaq li dan huwa appoggjat mill-Gnus Maqghuda, mill-unjins u li sahansitra l-President Amerikan Obama qed jaddotta din il-politika. Dwar il-parental leave Cassola qal li huma l-Hodor li jippromwovu estensjoni ghall-24 gimgha, u li m’ghandhomx ikunu n-nisa li jbatu minhabba l-krizi ekonomika. Sahaq li l-Gvern ghandu jippromwovi incentivi fiskali favur il-familji u li l-Malta ghandha taghmel uzu minn fondi ta’ l-UE ghal dan il-ghan.

Malcolm Seychell, f’isem Azzjoni Nazzjonali, qal li l-krizi ekonomika hija relatata mal-hela ta’ flus imhallsin mit-taxxi tal-poplu. ‘It-taxxa dejjem tizdied u hloqna welfare state insostenibbli, anke minhabba li n-nies qed jghixu aktar’. Dwar il-parental leave, qal li tajjeb li jitwieldu iktar tfal, izda jekk jizdied il-leave ir-rizultat ikun li min ihaddem jispicca ma jimpjegax nisa. Seychell qal li forsi tista’ tigi introdotta sistema ta’ krediti ta’ taxxa lill-familji. ‘Inzommu saqajna ma’ l-art’, sahaq Seychell, u kompla li l-Gvernijiet ghandhom jimpjegaw lill-nies ta’ pajjizhom l-ewwel, u mhux jippermettu cheap labour minn pajjizi ohra, inkluz dawk Ewropej bhar-Rumanija. Seychell qal li hu kontra t-trattat ta’ Lisbona u li n-nazzjonijiet ghandhom ikollhom iktar sahha fl-UE.

Steve Borg, f’isem il-Partit Laburista, qal li Malta mhux qed timmaniggja r-rizorsi fiskali u umani sew. ‘Is-Socjalisti Ewropej qed jghidu li n-nies jigu l-ewwel, ghax hemm wisq faqar fl-Unjoni Ewropea’. Tkellem dwar in-nuqqas ta’ drittijiet fuq il-post tax-xoghol u z-zieda fix-xoghol prekarju u spjega li s-Socjalisti Ewropej jemmnu l-ftehim kollettiv tal-haddiema ghandhom jigu rispettati. Borg tkellem ukoll dwar l-izvilupp tal-persuna u fakkar li Malta ghandha l-ghola rata ta’ illiterizmu fl-UE, u li dan iwassal ghall-iktar inugwaljanza bejn il-klassijiet socjali. Sahaq li Malta ghandha wkoll nuqqas ta’ politika integrata f’oqsma bhat-turizmu, fejn hemm nuqqas ta’ apprezzament lejn il-patrimonju kulturali u l-ambjent. ‘Malta mhux qed tippartecipa f’bosta programmi ta’ l-UE, u ghad ghandna toroq tat-tielet dinja’. Dwar il-parental leave, Borg qal li jrid jara l-pozizzjoni tas-Socjalisti Ewropej u li l-Partit Laburista irid jiddiskuti din il-kwistjoni. Irrimarka li hemm differenzi demografici fl-Ewropa izda hija haga ovja li dan it-tip ta’ leave huwa ta’ beneficcju. ‘Il-Partit Laburista huwa hajt ta’ kenn ghal dawn in-nies’, ikkonkluda Borg.

Mary Gauci, f’isem Libertas, qalet li l-Partit taghha huwa attiv kontra l-burokrazija ta’ l-UE li hi kbira wisq u li m’hijiex trasparenti u kontabli bizzejjed. ‘Il-kumpaniji zghar u ta’ daqs medju huma informati bizzejjed dwar l-opportunitajiet li jezistu?’

Il-partecipanti tad-diskussjoni wiegbu ukoll ghall-mistoqsijiet mill-udjenza.

Meta gew mistoqsija dwar x’ser jaghmlu ghall-ghaqdiet non-governattivi, Edward Demicoli qal li tajjeb li l-espertiz ta’ dawn l-ghaqdiet jinghata importanza. Arnold Cassola qal li l-Hodor jahdmu id f’id ma’ dawn l-ghaqdiet ghax jemmnu f’demokrazija wiesgha. Steve Borg qal li hu stess kien attiv ma’ bosta ghaqdiet u li l-bieb tieghu miftuh ghall-ghaqdiet. Malcom Seychell qal li filwaqt li hemm ghaqdiet li jahdmu sew, ohrajn mhux qed jahdmu fl-interess ta’ Malta fil-qasam ta’ l-immigrazzjoni. Mary Gauci qalet li l-ghaqdiet ghandhom jibbenefikaw iktar minn fondi ta’ l-UE.

Il-kandidati gew mistoqsija ukoll dwar x’inhi l-ewwel lealta’ politika taghhom. John Zammit qal li hu ser ipoggi mal-Liberali u li l-ewwel lealta’ tieghu hi lejn Malta. Edward Demicoli qal li jekk jigi elett fil-parlament Ewropew, jivvota skond il-principji tieghu, u gab ezempju bil-pozizzjoni tieghu kontra l-kacca fir-Rebbiegha. Arnold Cassola qal li l-ewwel lealta’ tieghu hi lejn ic-cittadin, imbaghad lejn il-pajjiz, u li politika serja irid ikollha l-prioritajiet taghha. Steve Borg qal li l-ewwel lealta’ tieghu hi lejn il-Partit Laburista, u Malcolm Seychell qal li l-ewwel lealta’ tieghu hi lejn Malta, u li l-Azzjoni Nazzjonali m’hi ser tissieheb ma’ l-ebda partit Ewropew.

Mistoqsija ohra kienet dwar il-proposta ghal direttiva dwar is-servizzi li permezz taghha ikun hemm iktar liberalizazzjoni ekonomika u riskju kbir ta’ tnaqqir tad-drittijiet tal-haddiema. Edward Demicoli qal li din id-direttiva tehtieg li jkollha sfond iktar socjali. Arnold Cassola qal li l-Hodor huma favur Ewropa socjali u li rridu noqoghdu attenti li l-flexicurity ma twassalx ghal iktar xoghol prekarju. Cassola qal li l-Hodor huma kontra d-direttiva kif proposta minhabba li din tista’ twassal ghal iktara sfruttar tal-haddiema bhal fil-kaz ta’ Vaxholm fl-Isvezja, fejn gie permess li jigu imhaddma haddiema mill-Latvja bil-pagi ta’ pajjizhom, li huma ferm iktar baxxi mill-pagi stabiliti bill-ligi Svediza. Malcolm Seychell qal li jaqbel ma’ Cassola hu kontra d-dumping socjali.

Dwar il-finanzjament tal-partiti, Edward Demicoli qal li l-Partit Nazzjonalista huwa iktar trasparenti mill-Partit Laburista, u Arnold Cassola qal li l-Alternattiva Demokratika hija rregistrata skond il-ligi u b’hekk tahdem b’mod trasparenti. Steve Borg qal li m’hemm hadd li qed jiffinanzjalu l-kampanja tieghu, u Malcolm Seychell qal li jaqbel li l-accounts tal-partiti jigu ppublikati. Mary Gauci qalet li Libertas qed taghmel dan.

Mistoqsija ohra kienet dwar l-immigrazzjoni. Arnold Cassola qal li Alternattiva Demokratika hi favur politka umanitarja u favur ir-rispett lejn il-ligi internazzjonali. Sahaq li AD appoggjat lill-Gvern fil-kwistjoni li kellu mal-Gvern Taljan dan l-ahhar, u fakkar li l-Hodor kemm il-darba tkellmu fil-parlament Ewropew favur qsim tar-risponsabilitajiet fl-UE. ‘L-Alternattiva ma tibzax tikkritika lill-Libja’ sahaq Cassola. Steve Borg wiegeb li l-Partit Laburista kritika l-Libja fuq din il-kwistjoni, u emfasizza li l-immigrazzjoni hi priorita’ ghall-Partit. ‘Is-soluzzjoni hi li nizviluppaw l-Afrika’, ikkonkluda Borg. Malcolm Seychell qal li l-burden sharing hija holma u li jekk kull Gvern Ewropew ikollu Ministru bhall-Maroni, l-immigrazzjoni jispicca. Sahaq li Azzjoni Nazzjonali taqbel li immigranti jintbaghtu lura l-Libja u li tigi sospiza l-konvenzjoni ta’ Ginevra u li hemm klawsola li tippermetti dan.

Favur Ewropa Socjali jew Ewropa neo-liberali? Forsi din hi l-iktar mistoqsija pertinenti illum…. Bhala ghaqda xellugija, Zminijietna temmen favur Ewropa socjali… Nittamaw li l-Maltin jivvutaw ghal dan il-ghan.

meps

Lura ghall-pagna: Diskussjonijijiet Publici