Żminijietna urges the Government to resume Dentistry Service in Public Health Centers

Press Release: 07/11/10
Stqarrija Stampa: 07/11/10
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

Zminijietna - Voice of the Left
14/8 Vincenti Buildings, Strait Street, Valletta VLT1432, Malta
zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

Żminijietna urges the Government to resume Dentistry Service in Public Health Centers

Żminijietna – Voice of the Left notes with regret the ‘heartless’ policy of the Nationalist Government, to dismantle the dentistry service in the Public Health Centers and shifting it to Mater Dei Hospital. This is causing undue hardship to the Maltese families. This decision remains a mystery. Various studies show that to improve the Health service, more should be done at community level, and not vice versa.
 
"The importance of a good quality dental service is the early recognition and interception of disease. Thus, good service requires proper treatment and preventive measures. This can only be achieved through public health service at community level. Many people will end up neglecting their health due to economic factors and because of the exaggeratedly long waiting list to receive treatment at Mater Dei."

In fact the Government’s decision is creating an unnecessary 'waiting list' to the detriment of all those making use of the service, especially vulnerable groups, including pensioners, children and people with a disability.

“It will be of a great service if the Health Minister explains the reason behind this decision”, states Żminijietna. .

Seven months ago Government stated, that this service needed restructuring. To this date this restructuring process has not been carried out.

Żminijietna – Voice of the Left notes that this is another Government’s myth, as its policies are to dismantle the primary public health service, and hand it over to the private sector. Thus, privatising the public health service.

It's a shame that the “Community Health Service” is not being given the right attention, and is being withdrawn, when it is of an essential nature, while on the other hand workers from the Health sector are continuously being accused of neglecting patients while obeying a union directive.

Żminijietna – Voice of the Left calls on the Health Minister to resume the Dentistry service in the community and stop introducing new measures to shift service into the hands of the private sector.

David Pisani
Public Relations Officer
Zminijietna - Voice of the Left
Mob: 79436914

Żminijietna tħeġġeġ lill-Gvern biex jerġa’ jopera s-Servizz tad-Dentistrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa.

Żminijietna - Leħen ix-Xellug tinnota b’dispjaċir il-politika ‘bla qalb’ tal-Gvern Nazzjonalista, talli żarma s-servizz tad-dentistrija miċ-Ċentri tas-Saħħa u tefgħahom fl-Isptar Mater Dei. Dan qed jikkawża tbatija żejda lill-familji Maltin. Din id-deċiżjoni tibqa’ waħda misterjuża. Diversi studji wrew li sabiex ittejjeb is-servizz tas-Saħħa, għandu jsir aktar investiment fuq livell komunitarju, u mhux viċi versa.
 
“L-importanza sabiex is-servizz tad-dentistrija jkun ta’ kwalità tajba huwa fir-rikonoxximent bikri u l-interċettazzjoni ta’ mard. Għalhekk, servizz tajjeb jeħtieġ trattament xieraq u miżuri preventivi. Dan jista’ jintlaħaq biss permezz ta’ servizz tas-saħħa pubblika fuq livell Komunitarju. Ħafna nies se jispiċċaw jittraskuraw saħħithom minħabba fatturi ekonomiċi u minħabba l-lista twila u esaġerata ta’ stennija sabiex jirċievu t-trattament mill-Isptar Mater Dei.”

Fil-fatt id-deċiżjoni tal-Gvern qed toħloq lista ta’ stennija bla bżonn għad-detriment ta’ dawk kollha li jagħmlu użu tas-servizz, speċjalment gruppi vulnerabbli, inkluż il-pensjonanti, tfal u persuni b’diżabilità.

“Tkun ħaġa tajba li l-Ministru tas-Saħħa jispjega r-raġuni wara din id-deċiżjoni”, tistqarr Żminijietna. .

Seba’ xhur ilu l-Gvern kien qal li f’dan is-servizz hemm bżonn ta’ ristrutturar. Sa llum dan il-proċess ta’ ristrutturar għadu ma’ ġiex mwettaq.

Żminijietna - Leħen ix-Xellug tifhem li din mhi xejn ħlief ħrafa oħra tal-Gvern, peress li l-politika tiegħu hi li jżarma s-servizz primarju tas-saħħa, u jagħtih lis-settur privat. Ifisser, li jipprivatizza bil-mod il-mod is-servizz tas-saħħa pubblika.

Huwa tal-mistħija li s-“Servizz tas-Saħħa fil-Komunita" li hu dritt mhux qed jingħata l-attenzjoni mistħoqqa, minflok qed jiżżarma, meta tali servizz hu wieħed essenzjali. Filwaqt li minn naħa l-oħra l-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa qegħdin jiġu kontinwament akkużati li jkunu qed jitraskuraw il-pazjent kull meta jkunu qed jobdu direttivi ndustrijali.

Żminijietna - Leħen ix-Xellug tappella l-Ministru tas-Saħħa biex jerġa’ jibda jopera s-servizz tad-Dentistrija pubblika fil-komunità u ma’ jintroduċiex miżuri ġodda ta’ waqfien li ċċaqalqu s-servizz f’idejn is-settur privat.

David Pisani
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna - Leħen ix-Xellug
Mob: 79536914

 

Press Releases Main Page