Żminijietna Budget Proposals 2011

Press Release: 22/10/10
Stqarrija Stampa: 22/10/10
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

Zminijietna - Voice of the Left
14/8 Vincenti Buildings, Strait Street, Valletta VLT1432, Malta
zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

Żminijietna Budget Proposals 2011

Żminijietna – Voice of the Left states that Budget 2011 should address the problem of low wages and the high cost of living. The creation of jobs is vital but alone it is not the solution, since more than ever before, jobs are mainly on a part-time and definite contract basis.

Żminijietna believes that emphasis should be made on an increase in the minimum wage over a short period of years to full time employees and also to those on part-time and definite contract. This should be done after a scientific study on standard of living and quality of life, to combat social exclusion currently facing many families on low wages, and inferior conditions of work. 
“Subsidies for basic services, such as gas, are essential and should be reactivated while energy tariffs should be based on a system whereby basic consumption is protected and wasteful practices are penalised. At the same time investment in renewable energy should be increased”.

“Housing is another vital sector and Żminijietna insists that Government should not abdicate from its responsibility and must help couples to acquire their first home. The raising of taxes on financial services, like gambling and banking, should balance out the rise in social expenditure. We believe that property speculation should also be taxed, because of the environmental and social damage that it is causing”.

Social and ecological policies need financial back up to be applied. We believe that while the Government should give an incentive to various sectors of the economy to create jobs, the Government should not succumb to pressure to lower the income tax bands as this will vital for the ‘welfare state system’. Government should intensify its ‘war’ on tax evasion and must ensure the proper working of an efficient and just eco-tax system.

COLA should continue to be operated and Żminijietna insists that this should be reformed to reflect the actual cost of living. The proposed raise of 1.16 euros is not enough and does not reflect reality”.

“All European statistics prove that poverty is on the rise and is affecting several sectors, mainly single parents, families with only one wage earner and families with members suffering from health problems and disability. In this regard we propose that the Government increases investment in disability centres and reconsiders an increase in social benefits for other vulnerable groups since most of the benefits are meagre. We are also proposing that persons suffering from Myalgic Encephalomyelitis (M.E.) and Fibromyalgia (FM) are entitled to the same rights and social benefits as other disability categories benefit from. Furthermore we propose that the Government spending on overseas development aid should be solely used for this purpose therefore spending on detention centres should not come out of these funds”.

 “Government must address the problem of inferior working conditions imposed on workers carrying out sub-contracted work by the private sector, under Government contract. Government must emend the Public Services Act to permit its employees to apply for “reduced hours” as a right and not at the mercy of heads of departments”.

“The call for more women to join the Labour Force cannot be heard unless Government invests in more child care facilities and introduces more family friendly policies. These facilities and policies should also be applied to the private sector, where part time employment is being used as an excuse to claim that they are providing family friendly conditions”.

Paid maternity leave for a 20 week period and paid parental leave for a two week period should be included in the next budget, so that parents in Malta will enjoy the same benefits and rights that families in other EU countries benefit from, since this directive was approved by the European Parliament.   

David Pisani
Public Relations Officer
Zminijietna - Voice of the Left
Mob 79436914

Żminijietna: Proposti Baġit 2011

Żminijietna – Leħen ix-Xellug qalet li l-Baġit 2011 għandu jindirizza l-problema tal-pagi baxxi u l-għoli tal-ħajja. Il-ħolqien ta’ l-impjiegi huwa vitali imma waħdu mhuwiex is-soluzzjoni, peress li aktar minn qatt qabel, l-impjiegi huma prinċipalment fuq bażi part-time u kuntratt definit.

Żminijietna temmen li l-enfasi għandha ssir favur żieda fil-paga minima fuq perjodu qasir ta’ snin lill-impjegati full time kif ukoll għal dawk b’xogħol part-time u b’kuntratt definit. Dan għandu jsir wara studju xjentifiku fuq il-livell ta’ l-għajxien u kwalità tal-ħajja, sabiex tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali li qed jiffaċċjaw bħalissa ħafna familji fuq pagi baxxi, u kundizzjonijiet inferjuri ta’ xogħol.

“Sussidji għal servizzi bażiċi, bħall-gass, huma essenzjali u għandhom ikunu riattivati, filwaqt li t-tariffi tal-enerġija għandhom jkunu bbażati fuq sistema li biha l-konsum bażiku jkun protett u l-ħela tiġi penalizzata. Fl-istess ħin l-investiment fl-enerġija rinnovabbli għandu jiżdied”.

"’Housing’ huwa settur ieħor vitali u Żminijietna tinsisti li l-Gvern m'għandux jabdika mir-responsabbiltà tiegħu u għandu jgħin lill-koppji żagħżagħ sabiex jakkwistaw l-ewwel dar tagħhom. Il-ġbir ta’ aktar taxxi fuq servizzi finanzjarji, bħal-logħob u s-settur bankarju, għandu jibbilanċja ż-zieda fin-nefqa soċjali. Aħna nemmnu li l-ispekulazzjoni tall-proprjetà għandha tkun intaxxati, minħabba l-ħsara ambjentali u soċjali li qed tikkawża ".

Il-politika soċjali u ekoloġika għandha bżonn sostenn finanzjarju biex tiġi applikata. Aħna nemmnu li filwaqt li l-Gvern għandu jinċentiva lil setturi varji ta’ l-ekonomija biex joħloq l-impjiegi, l-Gvern m’għandux jċedi għall-pressjoni biex titbaxxa it-taxxa ta’ dħul li hi vitali għal ‘welfare state’. Il-Gvern għandu jintensifika "l-gwerra" kontra l-evażjoni tat-taxxa u għandu jiżgura sistema tajba u effiċjenti fi tħaddim ta’ l-eko- taxxa.

COLA għandha tkompli tiġi operata u Żminijietna tinsisti li din għandha tiġi riformata biex tirrifletti l-ispiża reali tal-ħajja. Il-propost għal żieda ta’ € 1.16 mhix biżżejjed u ma tirriflettix ir-realtà.

L-istatistika Ewropea turi li l-faqar huwa problema li qed jaffettwa diversi setturi, fosthom familji b’ġenituri wieħed, familji b’paga waħda minima u familji b’membri li jsofru minn problemi ta’ saħħa u diżabbiltà. F'dan ir-rigward qed nipproponu li l-investiment tal-Gvern jiżdiet favur aktar ċentri ta’ diżabilità u għandu jirrikunsidra żieda fil-benefiċċji soċjali għal gruppi vulnerabbli peress li ħafna mill-benefiċċji f’każ ta’  diżabilita huma limitati ħafna. Qegħdin nipproponu wkoll li persuni li jsofru minn Myalgic encephalomyelitis (ME) u fibromyalgia (FM) jkunu ntitolati għall-istess drittijiet u benefiċċji soċjali bħalma jgawdu dawk b’diżabilita. Barra minn hekk nipproponu li l-infiq tal-Gvern għall-għajnuna umanitarja barranija għandha tiġi wżata biss għal dan il-għan u għalhekk l-infiq fuq ċentri ta’ detenzjoni ma għandhiex tkun inkluża f’dawn il-fondi.

Il-Gvern għandu jindirizza l-problema tal-kundizzjonijiet inferjuri tax-xogħol fil-kuntratti tax-xogħol li jagħti lill-privat. Gvern għandu jemenda l-Att dwar is-Servizz Pubbliku sabiex jippermetti l-impjegati tiegħu li japplikaw għal ‘sigħat imnaqqsa’ bħala dritt u mhux bil-barka tal-kapijiet tad-dipartimenti.

Is-sejħa għal aktar nisa biex jissieħbu fis-suq tax-xogħol ma jistgħux jinstemgħu sakemm l-Gvern ma’ jinvestiex aktar faċilitajiet ta’ ‘childcare centres’ u jintroduċi politika aktar favur il-familja. Dawn il-faċilitajiet u l-miżuri favur il-familja għandhom ukoll jiġu applikati għas-settur privat, fejn l-impjieg part-time qed jintuża bħala skuża li jagħtu x’jifhmu li qed jipprovdu kondizzjonijiet u miżuri favur il-familja.

Il-‘leave’ tal-maternità  mħallas għal perjodu ta’ 20 ġimgħa u ‘parental leave’ għal perijodu ta’ ġimgħatejn għandhom jiġu nklużi fil-baġit li jmiss, sabiex il-ġenituri f’Malta jgawdu l-istess benefiċċji u d-drittijiet li jgawdu familji fil-pajjiżi Ewropej, u peress li din id-direttiva ġiet approvata mill-Parlament Ewropew.

David Pisani
Ufficjal Relazzjonijiet Pubblici
Zminijietna – Lehen ix-Xellug
Mob 79436914

Press Releases Main Page