Pension reform should ensure an adequate pension for everyone

Press Release: 21/12/10
Stqarrija Stampa: 21/12/10
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

Zminijietna - Voice of the Left
14/8 Vincenti Buildings, Strait Street, Valletta VLT1432, Malta
zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

Pension reform should ensure an adequate pension for everyone

Żminijietna - Voice of the Left believes that the Government should ensure a basic state pension for 'everyone', which would be adequate for a person to live a decent life. At the same time we suggest that the Government creates a fund specifically for pension, different from today system, where all national contributions go directly into the consolidated fund.

"We also agree that this fund should be managed by all social partners in MCESD, which include Unions, Employers and the Government. This will ensure sustainability of the pension fund, greater transparency and accountability. "
"The Government should conduct and publish a scientific study on the impact of any increase in the national contributions", said Żminijietna.

"We are in favour of incentives and family measures to enable more women to enter into the labour market. Government must not obstruct the possibilty of more women joining the labour force by taking actions like voting against an increase in maternity and paternity leave. The Government should also invest more in child care facilities that are accessible to workers”.

“Immigration if tackled justly will serve as a tool for more national contributions to the pension fund and not a tool for exploitation and illegal work”.

Żminijietna – Voice of the Left considers the introduction of the second pillar as proposed by the pension working group not being a universal one. The second pillar proposal is an individualistic one and not a collective one, where a considerable amount of workers and people will be at a disadvantaged because of their social status, precarious employment and atypical work. It also appears that neither the contributions nor the second pillar pension will be guaranteed or protected by the state.

David Pisani
Public Relations Officer
Żminijietna – Voice of the Left
Mob: 79536914

Ir-Riforma tal-pensjonijiet għandha tassigura pensjoni adegwata għal kulħadd.

Żminijietna - Leħen ix-Xellug temmen li l-Gvern għandu jassigura pensjoni bazika statali għal 'kullħadd', li tkun adekwata sabiex bniedem jgħix ħajja diċenti. Fl-istess ħin nirrakomandaw il-Gvern sabiex jinħoloq fond speċifikament għall-pensjonijiet u mhux kif qed isir illum fejn il-kontribuzzjoni miġbura qed tmur kollha direttament fil-fond konsolidat.

“Naqblu wkoll li fond għandu jkun amministrat mill-imsieħba soċjali fl-MCESD, iġifieri mill-Unjins, minn Min Iħaddem u l-Gvern. Dana jiggarantixxi sostenibilita tal-pensjonijiet, sabiex jkun hemm aktar trasparenza u akkontabilita”.

“Il-Gvern għandu jħejji u jippubblika studju xjentifiku dwar l-impatt ta’ kwalunkwe żieda fil-kontribuzzjoni”, qalet Żminijietna.

“Naqblu li l-Gvern għandu jinċentiva aktar nisa biex joħorgu jaħdmu b’miżuri fiskali u miżuri favur il-familja u x-xogħol u mhux nostakolaw iż-żieda fil-leave tal-maternita u paternita. Il-Gvern għandu jinvesti aktar wkoll 'child care centres' li jkunu aċċessibli għall-ħaddiema. L-immigrazzjoni għandha sservi wkoll ta’ ġid u għodda għal aktar kontribuzzjoni u mhux għodda għal sfruttament u xogħol illegali”.

Żminijietna -Leħen ix-Xellug tqies li l-introduzzjoni ta’ tieni pilastru kif inhu propost mill-Kumitat dwar il-pensjonijiet mhuwiex wieħed universali. Is-sistema ta’ tieni pilastru hi waħda individwalista u mhux kollettiva, fejn ammont konsiderevoli ta’ ħaddiema u persuni ser jkunu żvantaggati minħabba l-qagħda soċjali tagħhom, ix-xogħol prekarju u xogħol atipiku li jaħdmu fih. Jidher ukoll li la l-kontribuzzjonijiet u lanqas il-pensjoni fit-tieni pilastru m’huma se jkunu garantiti u protetti mill-istat.

David Pisani
Public Relations Officer
Zminijietna – Voice of the Left
Mob:79536914

Mozzjoni mressqa mill-Grupp tal-Popolari Ewropew ta' theddida għat-Trejdjujins u l-Movimenti Soċjali

Żminijietna – Leħen ix-Xellug hija mħassba minħabba mozzjoni li ser titressaq mill-grupp tal-partit popolari Ewropew, quddiem l-Assembleja Ġenerali, fil-Kunsill ta’ l-Ewropa, nhar it-tlieta 5 ta’ Ottubru, b’theddida diretta mmirata lejn it-Trejdjunjins, fosthom dawk tal-Greċja, Spanja u l-Portugal u movimenti radikali u soċjali bħall-Movimenti ‘Anti-global’.

“Għalkemm naqblu li għandha tiġi miġġielda kull tip ta’ mibgħeda razzjali, l-anti-semitiżmu u anti–islam fil-pajjiżi Ewropej, ma nistgħux mill-banda l-oħra naqblu mall-mozzjoni kif inhi proposta, li tikkwalifika bħala "estremiżmu" wkoll il-ġlidiet tal-klassi tal-ħaddiema, il-movimenti popolari bħal ‘Anti-global’ u oħrajn Xellugin”.

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tappella l-Ministru konċernat, li ser jirrappreżenta lill-Malta fil-Kunsill tal-Ministri Ewropej sabiex fuq din il-materja jivvota kontra din il-mozzjoni, li qed timmina d-dritt ta’ azzjoni diretta mit-Trejdjunjins Ewropej u d-dritt għall-manifestazzjoni spontanja kontra l-politika ekonomika neoliberali mill-movimenti radikali u Xellugin.

David Pisani
Ufficcjal Relazzjonijiet Pubblici 
Zminijietna – Lehen ix-Xellug
Mob:79536914

Press Releases Main Page