Żminijietna commemorates International Women’s Day

Press Release: 04/03/11
Stqarrija Stampa: 04/03/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

Zminijietna - Voice of the Left
14/8 Vincenti Buildings, Strait Street, Valletta VLT1432, Malta
zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

4th March 2011

PR: Żminijietna commemorates International Women’s Day

Żminijietna - Voice of the Left commemorates the 8th of March dedicated to the International Women’s Day and on its 100th Anniversary. This is an important date for women all over the world, celebrating the courage, strength and achievements throughout the years.  In our society women have come a long way but are still struggling to strike a balance between family and career and many women are resorting to working part-time in order to achieve this. 

Between 1999 and 2009 part time work for women in Europe has been on the increase, reaching the rate of 32%, four times the part time rate for men. Part-time work for men is most common in the youngest and in the oldest age groups but part time work for women is increasing regardless of age.

“This is the result of neo liberal economic policies which push forward atypical employment. One could also relate this to the fact that child care facilities are not much accessible and society as a whole lack in promoting family friendly measures. The fact that Government voted against maternity and paternity leave is a case in point.

Often, the conditions the women work are precarious with low income, few job training opportunities, and there is a lack of positions for highly qualified people who want to work part-time.

Żminijietna notes that there are other women who are not only not participating in the labour market, but have few opportunities in society and are at risk of living below the poverty line. These are single mothers who cannot afford child care centres, women with poor levels of education, women with drug problems and others involved in crime or who have served a prison sentence.    

Żminijietna concluded by stating that the European Economic Strategy for the year 2020 is being criticized as not being ambitious enough in its social agenda, and requires concrete measures and policy to reduce poverty and gender inequality. Żminijjietna - Voice of the Left supports the European Left Bloc and the European Greens who are calling for a strong European social model, rather than a neo-liberal model which is based on inequality and deregulation of the labour market.

Maryanne Zammit
Assistant Secretary
Żminijietna – Voice of the Left.
Mob: 9944 0169

-------------

Żminijietna tikkommemora il-Jum Internazzjonali tal-Mara

Żminijietna - Leħen ix-Xellug tikkommemora it- 8 ta’ Marzu dedikat għal Jum Internazzjonali tal-Mara. Din is-sena hija l-100 anniversarju ta’ dan il-jum. Din hi data importanti għan-nisa fid-dinja kollha, niċċelebraw il-kuraġġ, is-saħħa u l-kisbiet tal-mara matul is-snin. In-nisa fis-soċjetà tagħna mxew il-quddiem, iżda għadhom qed jitħabtu biex isibu bilanċ bejn il-familja u l-karriera u ħafna nisa qed jirrikorru għal xogħol part-time sabiex jinkiseb dan il-bilanċ.

Bejn l-1999 u l-2009 ix-xogħol part-time għal nisa fl-Ewropa żdied, illum jilħaq ir-rata ta 32%, erba’ darbiet ir-rata għall-irġiel. Ix-xogħol part-time fl-irġiel huwa aktar komuni fl-eta iżgħar u dik avvanzata, iżda x-xogħol part-time għan-nisa qed jiżdied f’kull età.

"Dan huwa riżultat tal-politika ekonomika neo-liberali li qed timbotta 'l quddiem l-impjiegi atipiċi li fil-maġġor parti huma prekarji. Wieħed jista’ wkoll jirrelata dan il-fatt li l-faċilitajiet ta’ ‘child care centres’ mhumiex wisq aċċessibbli, kif ukoll li s-soċjetà ma tgħinx fil-promozzjoni ta’ miżuri favur il-familja. Il-fatt li l-Gvern ivvota kontra leave tal-maternità u tal-paternità huwa eżempju ta’ dan.

“Spiss, il-kundizzjonijiet li n-nisa jaħdmu fihom huma prekarji; bi dħul baxx, ftit opportunitajiet għal taħriġ fil-post tax-xogħol, u hemm wkoll nuqqas ta’ xogħlijiet għall-persuni kwalifikati f’materji professjonali li jixtiequ jaħdmu part-time”.

Żminijietna tinnota li hemm nisa oħra li mhux biss mhux qed jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, iżda għandhom ftit opportunitajiet li jaħdmu fis-soċjetà u huma f'riskju li jaqgħu taħt il-livell tal-faqar. Dawn huma ommijiet li ma jistgħux jaffordjaw child care facilities, nisa b’livell baxx ta’ edukazzjoni, nisa bi problemi tad-droga u oħrajn involuti fil-kriminalità jew li jkunu servew sentenza ta’ ħabs.

Żminijietna ikkonkludiet billi qalet li l-Istrateġija Ekonomika Ewropea għas-sena 2020 qed tiġi kkritikata bħala waħda li mhiex ambizzjuża biżżejjed fl-aġenda soċjali tagħha, u teħtieġ miżuri konkreti u politika ċara biex jitnaqqas il-faqar u l-inugwaljanza bejn is-sessi. Żminijjietna – Leħen ix-Xellug tappoġġja l-Blokk tax-Xellug Magħqud u l-Ħodor Ewropej li qegħdin isejħu għal mudell soċjali b’saħħtu Ewropew, minflok mudell neo-liberali li huwa bbażat fuq l-inugwaljanza u d-deregolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol.

Maryanne Zammit
Assistent Segretarju
Żminijietna - Leħen ix-Xellug.
Mob: 9944 0169

 

Press Releases Main Page