Government is against maternity and parental leave extension

Press Release: 04/07/11
Stqarrija Stampa: 04/07/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 



Żminijietna - Voice of the Left
PO Box 35 Sliema
zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

PR: Government is against maternity and parental leave extension

Żminijietna – Voice of the Left is highly concerned with the latest developments regarding the EU maternity leave directive. The majority of the EU ministers who met in Luxembourg decided to ditch proposals to extend minimum maternity leave to 20 weeks on full pay. A qualified majority voting is necessary for the proposed directive to pass.

Żminijietna said that the position taken by EU ministers, including that of Malta, goes against the concept of a Social Europe and is also a betrayal of women’s emancipation.  The extension of maternity and parental leave will result in long term benefits towards more equality between women and men and for socio-economic sustainability. This will also give men the chance to apply for the first time for 2 weeks parental leave with full pay".

The Maltese Government should take a firm stand in favour of this directive, by voting in favour of this directive.  The government is putting itself in a contradictory position with reference to its policy in favour of the family and working conditions.

Żminijietna – Voice of the Left appreciated the strong position taken by the European Parliament to confront the EU ministers’ position on this issue. The European Parliament is stating that it could block progress on issues where co-operation between the Parliament and Council is required.

The Group of the European Greens, the United Left Bloc, the Socialists & Democrats (S&D) group and the European Trade Union Confederation are all in support of this directive. Żminijietna appeals to the Trade Unions in Malta to lobby with the government to be in favour of this directive.

David Pisani
Public Relations Officer
Żminijietna - Voice of the Left 
Mob: 7953 6914

PR: Il-Gvern hu kontra l-estenzjoni ta' leave tal-maternità u l-paternita
 
Żminijietna - Leħen ix-Xellug hija mħassba ħafna bl-aħħar żviluppi fir-rigward ta' direttiva tal-UE dwar il-‘leave’ tal-maternità. Il-maġġoranza tal-ministri ta’ l-Unjoni Ewropea li ltaqaw ġewwa Lussemburgu ddeċiedew li jitfgħu fil-ġemb il-proposta approvata mill-Parlament Ewropew biex jiġi estiż il-‘leave’ tal-maternità, b’minimu ta’ 20 ġimgħa bi ħlas sħiħ u ġimgħatejn 'leave' għall-missier bi ħlas sħiħ . Il-proposta biex tgħaddi hija suġġetta għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata.
 
Żminijietna qalet li “l-posizzjoni meħuda mill-ministri tal-UE, fosthom Malta, imur kontra l-kunċett ta’ Ewropa soċjali u huwa wkoll tradiment fir-rigward ta’ l-emanċipazzjoni tal-mara. L-estensjoni fil-‘leave’ tal-maternità u ‘leave’ għall-missier huma ta’ benefiċċju fit-tul biex tinħoloq aktar ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u biex tinħoloq sostenibbiltà soċjo-ekonomika. Dan għandu wkoll jagħti l-irġiel l-opportunità għall-ewwel darba li japplikaw għal ġimgħatejn ‘parental leave’ bi ħlas sħiħ".

Il-Gvern Malti għandu jieħu pożizzjoni soda favur din id-direttiva, billi jivvota favur din id-direttiva. Il-gvern qed iqiegħed ruħu f'sitwazzjoni kontradittorja fir-rigward tal-politika tiegħu favur it-tisħiħ tal-familja u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
 
Żminijietna - Leħen ix-Xellug apprezzat il-pożizzjoni qawwija meħuda mill-Parlament Ewropew biex tikkonfronta l-pożizzjoni ta’ ministri ta’ l-UE fuq din il-kwistjoni soċjali. Il-Parlament Ewropew iddikjara li jista’ jibblokka il-progress li qed iseħħ fuq kwistjonijiet fejn il-kooperazzjoni bejn il-Parlament u l-Kunsill ikun meħtieġ.
 
Il-Grupp tal-Ħodor Ewropej, il-Bloc tax-Xellug Magħqud, il-grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S & D) u l-Konfederazjoni ta’ Trade Unions Ewropej kollha kemm huma jappoġġjaw din id-direttiva. Żminijietna tappella lit-Trade Unions f'Malta biex jħeġġu l-gvern jkun favur din id-direttiva.

David Pisani
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob:7953 6914

Press Releases Main Page