PR: Żminijietna appeals for a pension reform where pension is adequate and guaranteed

Press Release: 06/09/11
Stqarrija Stampa: 06/09/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

 

Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Żminijietna – Voice of the Left
PO Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.org, zminijietna@yahoo.com

PR: Żminijietna appeals for a pension reform where pension is adequate and guaranteed

Żminijietna – Voice of the Left believes that the government should continue to ensure a basic pension for everyone, to be adequate for a person to live a decent life during his retirement.

“In the eventuality that the government chooses to introduce some other schemes to the existing one, the second pillar scheme, or if the government chooses to continue to operate the current system, where workers contribute more to the National Security, we emphasise that in any eventuality, the government offers a guarantee”.

“The Government should make good for the national security contributions of those workers on low income and low-paid non-regular work and, those who are suffering from a long term illness. The requirement of a 40 years contribution for a full pension could be detrimental to those workers on precarious jobs, unemployed persons, and those persons who are either taking care of the elderly, children, the disabled and sick people”.

“We also affirm that a pension fund should be specifically created and the practice where contributions go directly into the Consolidated Fund should be stopped. The maintaining of the fund should be under the responsibility of MCESD”.

“With regards to the pension reform as announced, Żminijietna draws the attention that, as it is planned, it will exclude the present generation of pensioners. The result will be that the present pensioners will become second-class pensioners”.

Żminijietna argues that the government will give more incentives through fiscal measures and family friendly measures so that more women will enter the labour market. The Government should not obstruct the increase in maternity and parental leave and should invest more in child care facilities that are accessible and affordable to workers.

“Immigration should be regularized to serve the needs of the labour market and thus increase the national security contributions and, not to continue to serve as a tool, for exploitation of human beings and illegal work”.

David Pisani
PRO
Żminijietna – Voice of the Left
Mob:79536914


Żminijietna tappella għar-riforma tal-pensjoni li tkun adekwata u assigurata.

Żminijietna temmen li l-Gvern għandu jibqa’ jassigura pensjoni bażika għal  kulħadd li tkun adekwata biex bniedem jgħix ħajja diċenti wara ħajja ta’ xogħol.

“Fl-eventwalitá li l-Gvern jagħżel li jintroduċi xi skema oħra ta’ pensjoni ma’ dik eżistenti, bħall-iskema tat-tieni pilastru, jew f’każ li l-gvern jagħżel li jkompli jħaddem is-sistema preżenti fejn il-ħaddiema jikkontribwixxu aktar direttament għas-Sigurtá Nazzjonali ta’ l-Istat, nesiġu li f’kull eventwalita’ l-Gvern joffri garanzija, li l-ħaddiem – jiġri x’jiġri – dejjem ser jkollu l-pensjoni garantita”.

“Il-Gvern għandu bis-serjeta jagħmel tajjeb fil-kontribuzzjoni tas-sigurta Nazzjonali ta’ dak il-ħaddiem li jkun għaddej minn każ ta’ mard, dħul baxx u xogħol mhux regolari b’paga baxxa. Ir-rekwiżit ta’ 40 sena kontribuzzjoni għall-pensjoni sħiħa tista’ tkun ta’ detriment lill-ħaddiema b’xogħol prekarju, ħaddiema qiegħda, u nies ‘carers’ li jieħdu ħsieb l-anzjani, tfal, persuni b’diżabilitá u nies morda”.  

“Nisħqu wkoll li għandu jinħoloq fond speċifikament għall-pensjonijiet u mhux ikompli jiġri dak li qiegħed jiġri s’issa, fejn flus miġbura mill-kontribuzzjonijiet imorru direttament fil-Fond Konsolidat. Il-Fond għandu jkun maqbul b’konsultazzjoni ma’ l-MCESD”.

“Dwar ir-riforma tal-pensjoni kif imħabbra, Żminijietna tiġbed l-attenzjoni ta’ kulħadd li kif ippjanata r-riforma qegħda teskludi l-ġenerazzjoni preżenti tal-pensjonanti. Dan se jwassal biex il-pensjonanti ta’ llum jsiru pensjonanti tat-tieni klassi”.

Żminijietna ssostni li l-Gvern għandu jinċentiva aktar nisa biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol permezz ta’ miżuri fiskali u miżuri favur il-familja. IL-Gvern m’għandux jostakola ż-żieda fil-lif tal-maternitá u l-paternitá. Il-Gvern għandu wkoll jinvesti aktar f’child care centres’ li jkunu aċċessibli u affordabli għall-ħaddiema.

L-immigrazzjoni għandha tiġi regolarizzata biex isservi l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u b’hekk jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta nazzjonali u mhux tkompli titħalla għodda għal sfruttament tal-bnedmin u xogħol illegali.

David Pisani
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob: 7953 6914.

Press Releases Main Page