Żminijietna supports EU Resolution on Domestic Workers

Press Release: 10/06/11
Stqarrija Stampa: 10/06/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

Zminijietna - Voice of the Left
PO Box 35 Sliema, Malta

zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

Żminijietna supports EU Resolution on Domestic Workers

Żminijietna - Voice of the Left welcomes the European Parliament’s resolution on the draft ILO Convention and Recommendation on Domestic workers, adopted on the 12th of May. The resolution is a step forward towards the strengthening of Domestic workers’ rights and to provide a legal recognition of domestic workers as formal workers.

Żminijietna believes that this will be of a benefit to the millions of invisible workers who are providing indispensable services to a growing number of EU citizens who need their services, such as families with children, those with disabilities, the elderly etc.

“It is the right time to have a regulation on the protection of domestic workers and we hope that ILO Convention is ratified by all EU member States.

“A growing number of these workers are women and migrants working for private households in a situation of almost total absence of any statutory protective framework.
Across Europe, this work is mainly taking place in the informal economy. This is leading to precarious employment and undeclared work”.  

“The Government of Malta should ratify the ILO Convention and work closely with the Trade Unions to legislate new regulations for this sector, to the benefit of the workers.
This Convention together with the passed resolution will ensure that domestic workers are given back their respect and social rights.

David Pisani
PRO
Zminijietna – Voice of the Left
Mob:7953 6914


Żminijietna tappoġġja resoluzzjoni tal-Parlament Ewropew.

Żminijietna - Leħen ix-Xellug tilqa’ riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew favur l-abbozz tal-Konvenzjoni u r-Rakkomandazzjoni ta’ l-Organizazzjoni Internazzjonali tax-xogħol (ILO) li titratta l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam domestiku.

“Ir-riżoluzzjoni hija pass 'il quddiem lejn it-tisħiħ tad-drittijiet ta’ dawn il-ħaddiema u sabiex jingħata rikonoxximent legali ta’ dawn il-ħaddiema b’mod formali”.

Żminijietna temmen li dan se jkun ta’ benefiċċju għall-miljuni ta’ ħaddiema ‘inviżibbli’ li qed jipprovdu servizzi indispensabbli għal numru dejjem jikber ta’ ċittadini ta’ l-UE li għandhom bżonn is-servizzi tagħhom, bħal familji bit-tfal, dawk b’diżabilitajiet, l-anzjani, etc.

“Huwa l-mument opportun li jkun hemm regolamenti dwar il-protezzjoni ta’ dawn il-ħaddiema u nittamaw li l-Konvenzjoni ta’ ILO tiġi ratifikata mill-Istati Membri kollha tal-UE”.

“Numru dejjem jikber ta’ dawn il-ħaddiema li jaħdmu fi djar privati, jinsabu ​​f’sitwazzjoni prekarja ħafna, ta’ nuqqas, kważi totali ta’ kwalunkwe qafas legali, soċjali u protettiv. Il-maġġor parti ta’ dawn il-ħaddiema huma nisa u immigranti”.

Madwar l-Ewropa, dan it-tip ta’ xogħol qed jinfirex fl-ekonomija informali. Dan wkoll qed jwassal biex jiżdiedu l-impjiegi prekarji u x-xogħol mhux iddikjarat".

"Il-Gvern Malti għandu jirratifika il-Konvenzjoni u jaħdem mill-qrib ma’ Trejdjunjins f’Malta biex jilleġisla regolamenti ġodda għal dan is-settur, għall-benefiċċju tal-ħaddiema li jaħdmu fih.”

Il-Konvenzjoni flimkien mal-riżoluzzjoni li għaddiet fil-Parlament Ewropew, ser jiżguraw li l-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam domestiku jingħataw lura r-rispett u d-drittijiet soċjali tagħhom.

David Pisani
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna - Leħen ix-Xellug
Mob:7953 6914

Press Releases Main Page