Żminijietna supports Unions’ call for a protest

Press Release: 12/07/11
Stqarrija Stampa: 12/07/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 



Żminijietna - Voice of the Left
PO Box 35 Sliema
zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

Żminijietna supports Unions’ call for a protest

Żminijietna - Voice of the Left supports the Unions’ initiative to protest in Valletta, and to urge the Government to address the precarious situation of Air Malta in a fair and transparent manner.

“The Government must guarantee work to those employees who do not voluntarily take the early retirement scheme for their own reasons. Several reports on labour studies show that a person whose age is over 45 years, finds it difficult to re-enter into the labour market. National statistics also show, that regarding new jobs, part-time employment is overriding full-time employment, and workers on a low pay and short term contract is becoming a regular model of employment”, said Żminijietna – Voice of the Left.  

“All these factors will make it difficult to the workers to find an alternative employment with decent conditions of work.”
 
“The Government's decision to reduce the work force by approximately 500 workers is an indication that the blame is being put on the workers for Air Malta bankruptcy. Till today no action has been taken against all those who took the wrong decisions and put Air Malta finances at risk”.

“As a priority the Government should address the issue of low cost airlines, the negative impact generated by the privatization of MIA and the outsourcing of contracts to private entities. Only after this procedure, the Government and the Unions will be in a good position to discuss the real problems facing Air Malta finances.”

“If the Government wants to work in the national interest on this issue, it should stop threatening the workers with comments suggesting the liquidation of the company. But instead it should take note of what the Unions are saying and address the points raised”. 

Żminijietna – Voice of the Left encourages all workers at Air Malta to unite and to understand that their means of livelihood is under threat.

David Pisani
Public Relations Officer
Żminijietna - Voice of the Left
Mob: 7953 6914

Żminijietna tappoġġja s-sejħa tal-Unjins għall-protesta

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tappoġġja l-inizjattiva tal-Unjins għall-protesta fil-Belt, sabiex jħeġġu l-Gvern jindirizza s-sitwazzjoni prekarja ta‘ l-Air Malta b’mod ġust u transparenti.

“Il-Gvern għandu jiggarantixxi x-xogħol lil dawk il-ħaddiema ta’ l-Air Malta li ma jieħdux l-iskema ta’ irtirar kmieni minħabba raġunijiet tagħhom. Diversi studji tax-xogħol juru li persuna li l-eta tagħha hija aktar minn 45 sena qed issibha diffiċli biex terġa tidħol fid-dinja tax-xogħol. L-istatistika Nazzjonali turi li f’dak li hu mpjieg ġdid, l-impjieg part-time qed jipprevali fuq dak full-time, u xogħol b’pagi baxxi u kuntratti qosra qed isir mudell ta’ mpjieg regolari”.

“Dawn il-fatturi kollha ser jagħmluha diffiċli biex il-ħaddiema jsibu mpjieg alternattiv b’kundizzjonijiet diċenti ta’ xogħol”.
 
“Id-deċiżjoni tal-Gvern li jnaqqas ma’ 500 ħaddiem jfisser li qed jagħti ndikazzjoni li tort kollu tal-falliment ta’ l-Air Malta hu dovut għall-ħaddiema. Sa llum l-ebda azzjoni ma ttieħdet fil-konfront ta’ dawk in-nies li ħadu deċiżjonijiet żbaljati u tefgħu f’risjku il-finanzi ta’ l-Air Malta.”

“Bħala prijorita l-Gvern għandu jindirizza l-kwistjoni ta’ ‘low cost airlines’, l-impatti negattivi ġġenerati mill-privatizazzjoni ta’ MIA u l-għoti ta’ xogħol lill-kuntratturi privati. Wara biss dan l-eserċizzju, li l-Gvern u Unjins jistgħu jkunu f’posizzjoni komda biex jiddiskutu l-problema rejali li tinsab fiha l-Air Malta”.

“Jekk il-Gvern irid jaħdem bis-serjeta fl-interess nazzjonali fuq din il-kwistjoni, għandu jieqaf jhedded il-ħaddiema b’kummenti ta’ likwidazzjoni tal-kumpanija. Imma minflok għandu jaghti widen għal dak li qed jgħidu l-Unjins u jindirizza l-punti mqajjma”.

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tħeġġeġ il-ħaddiema biex jibqgħu maqgħudin flimkien wara tmexxija ta’ Unjins u jiftakru li s-sors ta’ l-għixien tagħhom jinsab mhedded.

David Pisani
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob:7953 6914

Press Releases Main Page