“Nħeġġu l-Parlament Malti jappoġġja t-taxxa fuq it-transazzjonijiet Finanzjarji (FTT)”

Press Release: 12/11/11
Stqarrija Stampa: 12/11/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

 

Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Żminijietna – Voice of the Left
PO Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.org, zminijietna@yahoo.com

Konferenza Stampa minn numru ta’ Għaqdiet/Partiti
12 ta’ Novembru 2011

“Nħeġġu l-Parlament Malti jappoġġja t-taxxa fuq it-transazzjonijiet Finanzjarji (FTT)”

Żminijietna – Leħen ix-Xellug flimkien ma’ Moviment Graffitti, Moviment Azzjoni Xellug, Koperattiva Kummerċ Ġust, Third World Group u l-Partit Komunista Malti, qed nħeġġu lill-Parlament Malti biex il-programm ekonomiku għas-sena 2012 jkun jinkludi rabta li tappoġġja l-proposta Ewropea favur taxxa fuq it-transazzjonijiet Finanzjarji (FTT), li tressqet fil-Parlament Ewropew mis-Soċjalista Anni Podimata.

“Il-proposta qiegħda issib l-appoġġ tal-Parlament Ewropew, u tal-Konfederazzjoni Ta’ Trejdjunjins Ewropej u l-Vatikan. Il-pajjiżi Industrializzati ta’ G20 jaqblu wkoll mall-kunċett”.

“Il-Kummissjoni Ewropea wkoll qed titkellem favur u timbotta l-introduzzjoni ta’ din it-taxxa. Infatti bħalissa qed jitħejja abbozz għall-konsiderazzjoni tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew.” 

“Il-Kummissjoni Ewropea qed tagħraf li l-Unjoni Ewropa għaddejja minn kriżi ekonomika u soċjali. Illum wasalna f’sitwazzjoni fejn l-Unjoni Ewropea mhiex qed tiġġenera dħul biżżejjed biex tkun tista’ tgħin lil dawk il-pajjiżi li jinsabu fi stat ta’ kriżi. Jidher ċar li għal dan in-nuqqas qed jagħmlu tajjeb il-ħaddiema b’aktar miżuri ta’ awsterita`, aktar taxxi, tnaqqis fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u b’telfien ta’ mpjiegi”.

“Il-politika ekonomika neoliberali ippermettiet libertinaġġ spekulattiv speċjalment fil-qasam bankarju, li ġab kollass finanzjarju u żbroffa din il-kriżi. Biex isalvaw banek u stati minn falliment, Gvernijiet ta’ l-UE ħarġu triljuni ta’ Ewro li għad iridu jitħallsu lura mill-popli Ewropej”.

“Konsegwenza ta’ dawn il-‘Bail outs’ il-faqar fl-Unjoni Ewropea żdied minn 55miljun persuna għal 85miljun persuna, filwaqt li xogħol prekarju, it-tnaqqis fil-benefiċċji soċjali u l-privatizazzjoni ta’ aktar servizzi pubbliċi saru parti ntegrali mill-mudell ekonomiku Ewropew, li wkoll ħa xejra ‘neo liberali’.” 

“Meta nħarsu lejn dak li qed iseħħ u lejn il-problemi li qegħdin jifnu lill-ħaddiema u l-familji tagħhom llum, malajr nifhmu kemm huwa għaqli li bħala pajjiż nappoggjaw bis-sħiħ it-taxxa fuq it-transizzjonijiet finanzjarji, li hija progressiva.”

“Biex tikkumbatti l-kriżi il-Kummissjoni teħtieġ fondi li qed tipproponi li ġġib b’din it-taxxa, li minbarra li tintuża għas-salvataġġ ta’ l-Ewro, parti minnha tmur għall-baġit ta’ l-UE u parti oħra tinfirex fuq kull gvern konċernat. Għaldaqstant ser tgħin biex ninbarkaw lejn ‘Ewropa Socjali’ u aktar ġusta”.

Għalhekk inħeġġu wkoll lit-trejdjunjins, is-soċjeta` ċivili, għaqdiet ta’ l-istudenti, l-Knisja kattolika, għaqdiet u partiti oħra biex jappoġġjaw bis-sħiħ din il-proposta Ewropea.
Nappellaw lill-Parlament Malti biex fid-dawl ta’ sitwazzjoni soċio-ekonomika lokali u Ewropea preżenti jevalwa din il-proposta u jaddottha fuq il-merti ekonomiċi u soċjali pożittivi tagħha.

Dejjem tagħkom,
Michael Camilleri
President
Mob: 7928 2983

 

 

Press Conference:-  Group of NGOs/Parties
12th November 2011

 

“We urge the Maltese Parliament to support the Financial Transactions Tax (FTT)”

Żminijietna - Voice of the Left together with Moviment Graffitti, Moviment Azzjoni Xellug, Koperattiva Kummerċ Ġust, Third World Group and Communist Party Malta are demanding that the Maltese Parliament includes in the economic program for 2012, a provision to support the European proposal for the tax on financial transactions (FTT), which was tabled in the European Parliament by the Socialist Anni Podimata.
 
“The proposal has the support of the European Parliament, the Confederation of European Trade Unions (ETUC) and the Vatican. The industrialized countries of the G20 are also in favour of this concept”.

“The European Commission is also advocating and pushing for the introduction of this tax. Indeed it is currently drawing up a draft for consideration by Parliament and European Council”.

“The European Commission is aware that the European Union is undergoing an economic and social crisis. Today we have reached a situation where the European Union is not generating enough income to be able to help those countries who are in a state of crisis. It is clear that workers are carrying the burden through more austerity measures, more taxes, reduction in their working conditions and loss of jobs”.

“The neoliberal economic policies enabled ‘casino speculation’ especially in the banking system which led to a financial meltdown and caused this crisis. To save banks and states from bankruptcy, EU governments are bailing them out with trillions of euros, which will have to be repaid by the common people”.

“A consequence of these bail outs, poverty in the European Union increased from 55million to 85million people, while casual labour, reduction in social benefits and privatization of most public services have become an integral part of the European economic model, based on  neo liberalism, the real cause of this crisis.”

“When we look at what is happening and the problems that are facing workers and their families today, it is easy to understand why Malta must fully support the tax on financial transactions, which is progressive . To combat this crisis the Commission requires funds and this tax is a measure to ensure this. Besides being used for the rescue of the Euro, part of the income from the FTT goes to the European budget and and the other part is received directly by national governments. This will help to move forward towards a 'Social Europe'.

We appeal to trade unions, the civil society, representatives of students, the Catholic church and other parties to fully support this European proposal.

We also appeal to the Maltese Parliament, in view of the local and European socio-economic situation to study this proposal and adopt it on its positive economic and social merits.

Best Regards,
Michael Camilleri
President
Mob: 7928 2983

 

 

 

Press Releases Main Page