“Euro Plus Pact”, a threat to the Workers.

Press Release: 18/04/11
Stqarrija Stampa: 18/04/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 



Żminijietna - Voice of the Left
PO Box 35 Sliema
zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

PR: “Euro Plus Pact”, a threat to the Workers.

Żminijietna – Voice of the Left notes with regret that the European Union has taken a neo liberal path that is dismantling the process for a social Europe. The European Strategy 2020 and the Euro plus Pact, are all projects with a neo liberal agenda.

Żminijietna – Voice of the Left calls on the political parties and the six members of the European Parliament to offer resistance against neo liberalism and the Euro plus Pact. We believe that there are solutions for another Europe, which include, tax on financial transactions and speculation and on dangerous practices related to ‘climate change'. Decent work to make the labor market be more secure and competitive, and finally the creation of a solidarity fund that can provide a real and fair European recovery plan, based on the economic, social and ecological policies.

"Since 2010, the European Union attempted to convince people that the new measures are intended only to bring Europe out of the recession, reduce national debts and make Europe more competitive, when in fact this is not the case. The reality is that the German Chancellor Angela Merkel and President Sarkozy who both embrace right wing policies are forwarding, in the Council of Ministers, a package of economic stimulus known as the Euro plus Pact, which will put at risk workers' wages and the social rights of workers in general”.

"Many of the Member States had already imposed insensitive and regressive policies of austerity, such as a reduction in public spending, especially those related to social benefits and pensions, diminishing of the welfare state, a system that was built over the last 40 years, and more privatization of public services and deregulation of the labor market.

The Euro Pact is an open and violent attack against social and political rights of the peoples. The aim is to take complete control of financial markets from the hands of peoples and Member States. The plan of the Euro 2013 is just the beginning of many more to come.

Żminijietna expressed solidarity with the left and green movements and the Trade Unions that are growing and becoming more militant in Europe, and support the mobilisation of workers in several European countries for a Social and Ecological Europe.

David Pisani
Public Relations Officer
Żminijietna - Voice of the Left 
Mob: 7953 6914

Stqarrija Stampa - “Euro plus Pact’ hu proġett Neoliberali”, Żminijietna – Leħen ix-Xellug

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tinnota b’dispjaċir it-triq Neoliberali li qabdet l-Unjoni Ewropea, triq li qed tiżmantella l-proċess ta’ Ewropa Soċjali. L-Istrateġija Ewropea 2020 u ‘Euro plus pact’ huma proġetti b’viżjoni neoliberali.

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tappella l-Partiti politiċi u s-sitt Membri Parlamentari Ewropej sabiex joffru reżistenza kontra l-viżjoni Neoliberali u l-patt gdid ta’ l-Ewro. Nemmnu li hemm soluzzjonijiet għal Ewropa oħra, fosthom taxxa fuq transizzjonijiet finanzjarji u ta’ spekulazzjoni, kif ukoll fuq prattiċi perikolużi li għandhom x’jaqsmu mal-bidla fil-klima. Xogħol diċenti sabiex is-suq tax-xogħol isir aktar sigur u kompetittiv, u fl-aħħar il-ħolqien ta’ fond ta’ solidarjeta li jista’ jipprovdi pjan ta’ provediment ekonomiku li jkun ġust u rejali li jkun ibbażat fuq politika ekonomika soċjali u ekoloġika.

“Minn 2010, l-Unjoni Ewropeja ppruvat tikkonvinċi n-nies li l-miżuri ġodda huma ntiżi biss biex l-Ewropa toħroġ mir-riċessjoni, il-pajjiżi jnaqqsu djun u l-Ewropa ssir aktar kompetittiva, meta filfatt dan mhux il-każ. Il-verita hi li l-Kanċilliera Angela Merkel u President Sarkozy li lkoll iħaddnu politika tal-Lemin qed jressqu l-quddiem fil-Kunsill tal-Ministri pakkett ta’ stimolu ekonomiku magħruf bħala ‘Euro plus pact’ li bih ser jitfgħu f’riskju il-pagi tal-ħaddiema u drittijiet soċjali tal-ħaddiema nġenerali”.

“Ħafna mill-Istati Membri diġa qed jimponu politika insensitiva u krudili ta’ awsterita, bi tnaqqis fl-infiq pubbliku, l-aktar f’dawk li huma benefiċċji soċjali u pensjonijiet, tkissir tal-welfare state, sistema li ġiet mibnija matul dawn l-aħħar 40 sena, aktar privatizazzjoni ta’ servizzi pubbliċi u deregulazzjoni tas-suq tax-xogħol”.

Il-Patt ta’ l-Ewro huwa attakk vjolenti u miftuħ kontra d-drittijiet soċjali u politiċi tal-popli. L-għan hu li jieħdu kontroll assolut tas-swieq finanzjarji fuq il-popli u l-Istati membri. Il-pjan ta’ l-Ewro 2013 hu biss il-bidu ta’ ħafna aktar.

Żminijietna tesprimi s-solidarjeta mall-movimenti Xellugin u dawk Ħodor u l-Unjins tal-ħaddiema li kullma jmur qed jiżdiedu fl-Ewropa, u nappoġġjaw il-mobilizzazzjoni ta’ ħaddiema f’diversi pajjiżi favur Ewropa Soċjali u Ekoloġika.

David Pisani
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob:7953 6914

Press Releases Main Page