Stqarrija Stampa: Żminijietna tappella favur skemi ta’ taħriġ u żieda fil-paga minima

Press Release: 20/09/11
Stqarrija Stampa: 20/09/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

 

Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Żminijietna – Voice of the Left
PO Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.org, zminijietna@yahoo.com

 

20 ta’ Settembru 2011

Verżjoni ta’l-istqarrija bil-Malti u l-Ingliż

Stqarrija Stampa: Żminijietna tappella favur skemi ta’ taħriġ u żieda fil-paga minima

Żminijietna –Leħen ix-Xellug tqies l-iskema ta’ taħriġ, li nieda l-Gvern fil-baġit li għadda, għall-ħaddiema bil-paga minima, bħala falliment sabiex tintlaħaq il-mira soċjali biex aktar ħaddiema jtejjbu l-livell ta’ l-għixien tagħhom. L-aħħar figuri juru li l-ammont ta’ ħaddiema li applikaw għal din l-iskema minn metaġiet introdotta kien ta’ wieħed.

“L-idea dehret tajba fuq il-karta imma fil-prattika ma setgħetx tilħaq il-miri tagħha. Ħarsa lejn il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom turi kemm loġikament huwa mpossibli biex persuna bil-paga minima tirrifjuta aktar sigħat ta’ xogħol jew tieqaf minn xogħol part-time biex tmur u tattendi kors. Filfatt riċerka turi li l-persuni li jkomplu jkabbru l-ħiliet tagħhom tul il-ħajja huma dawk l’aktar li għandhom dħul finanzjarju edekwat, li ġejjien mill-klassi medja u għolja, jew pensjonanti li llum huma rtirati”.

Żminijietna –Leħen ix-Xellug għalhekk tappella għar-reviżjoni tas-sistema’ fejn qed nissuġġerixxu li tiżdied il-paga minima nazzjonali u, li tiġi ntrodotta’ skema ta’ taħriġ permess ta’ inċentivi fiskali lil dawk is-sidien li jagħtu inċentiv lill-ħaddiema tagħhom bil-paga minima, mingħajr ebda diskriminazzjoni, sabiex jattendu korsijiet waqt il-ħinijiet tax-xogħol. Din is-sistema preżentament diġà qed tiġi applikata minn numru ta’ intrapriżi f’Malta b’mod volontarju, sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jkabbru l-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom, għall-benefiċċju tal-ħaddiem infushom u l-istess intrapriżi.

David Pisani
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna –Leħen ix-Xellug
Mob: 7953 6914

Press Release:Żminijietna appeals for training schemes and an increase in the minimum wage.

Żminijietna -Voice of the Left considers the training scheme launched by the Government in the last budget, for minimum wage earners as a failure to reach social targets, for the workers to further improve their standard of living. Latest figures show that the number of workers who applied for this scheme from its inception was only one worker.

"This idea seemed good on paper but in practice it could not meet its social targets. Examining the social and economic situation of these workers and their families shows how it is logically impossible for a minimum wage earner to refuse overtime or gives up a part time job, to go and attend these courses. In fact researches show that persons who continue to further their skills throughout their life are mostly those with an adequate income, coming from the middle and high classes or pensioners who are now retired".

Żminijietna -Voice of the Left therefore calls for a review of this system and suggest an increase in the national minimum wage and the introduction of training schemes, through tax incentives for those employers who give incentives to their employees on minimum wage, without any discrimination, to attend courses during working hours. This system is currently being applied by a number of enterprises in Malta on a voluntary basis, so their employees can improve their skills and their abilities at work.

David Pisani
Public Relations Officer
Żminijietna -Voice of the Left
Mob: 7953 6914


 

Press Releases Main Page