Stqarrija Stampa: Żminijietna dwar iż-żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti essenzjali

Press Release: 25/10/11
Stqarrija Stampa: 25/10/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 



Żminijietna - Voice of the Left
PO Box 35 Sliema
zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

Stqarrija Stampa: Żminijietna dwar iż-żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti essenzjali

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tgħid li l-proposta mħabbra sabiex fil-baġit li jmiss tingħata żieda fil-paga ta’ €4.66 fil-ġimgħa biex tagħmel tajjeb għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja, tagħti stampa ċara li l-prezzijiet ta’ l-affarijiet essenzjali qed jogħlew. Filfatt l-istatistika nazzjonali turi li l-familja Maltija qed tonfoq anqas f’dak li hu ikel nutrittiv, bħall-ħaxix, laħam u ħut minħabba l-prezzijiet għolja u żied f’dak li hu ‘junk food’.

“Iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, fuel, ikel u affarijiet essenzjali oħra, lkoll wasslu biex tiżdied l-inflazzjoni. L-argumenti mressqa mill-Kummissjoni Ewropea u l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem li s-sistema tal-COLA għandha titneħħa jew tintrabat mall-produttività tmur kontra l-istess l-loġika tas-suq, iżżid l-inugwaljanza u thedded l-istabilità industrijali”.

Żminijietna – Leħen ix-Xellug temmen li s-sistema preżenti tal-COLA mhiex tirrifletti realistikament iż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Nemmnu li sistema għandha tiġi r-riformata sabiex iż-żidiet minn issa l-quddiem ikunu riflessi b’mod aktar realistiku fil-pagi. Dan jista’ jsir billi l-kalkoli jibdew jinħadmu fuq il-paga ‘medja’ u mhux aktar fuq il-paga ‘bażika’, kif ukoll li ‘household budgetary survey’, jsir aktar ta’ spiss.

David Pisani
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob: 7953 6914

 

Press Release: Żminijietna on the rise in prices of essential commodities

“The compensation of  €4.66 per week, in the 2012 Budget, to make good for the cost of living adjustment as reported in the media, gives a true picture of how prices of essential commodities have gone up”, stated Żminijietna.  

“National statistics show that the Maltese families are spending less in terms of nutritious foods, like vegetables, meat and fish, due to higher prices, and are consuming more cheaper junk food”.

“Rise in energy prices, fuel, food and other essentials, have led to an increase in inflation. The arguments put forward by the European Commission and the Malta Employers Association to bring to an end the COLA system, or to link COLA with productivity, goes against the market logic, thus resulting in an increase in inequality and threatens industrial stability".

Żminijietna - Voice of the Left believes that the present COLA system is not reflecting realistically the cost of living adjustment. We believe that the present mechanism should be reformed to give a more realistic wage adjustment. This can be achieved by working the calculations on the ‘median wage’ and not any more on the ‘basic wage’. The ‘household budgetary survey’ should also be conducted more frequently.

David Pisani
Public Relations Officer
Żminijietna - Voice of the Left 
Mob: 7953 6914

 

Press Releases Main Page