Żminijietna welcomes with satisfaction the 'Yes' vote for Divorce.

Press Release: 29/05/11
Stqarrija Stampa: 29/05/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

Zminijietna - Voice of the Left
PO Box 35 Sliema, Malta

zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

Żminijietna welcomes with satisfaction the 'Yes' vote for Divorce

Żminijietna - Voice of the Left welcomes with satisfaction the outcome of the referendum, with a clear majority in favour of Divorce.

“This was a ‘democratic result’ of the people, where the majority expressed themselves for more civil rights in Malta. This is the beginning towards a more secular society.”

Zminijietna - Voice of the Left shows its appreciation to the 'Yes' movement, ' Stand Up, Move, Moviment Azzjoni Xellug, Graffiti, the civil society, Alternattiva Demokratika, the Liberal Alliance, the Communist Party and the leader of the Labour Party who were in favour of this civil right.
 
David Pisani
PRO
Żminijietna – Voice of the Left
Mob:79536914

Żminijietna tilqa b’sodisfazzjon il-vot ‘Iva’ ghad-divorzju

Żminijietna - Leħen ix-Xellug tilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultat tar-referendum, bil-maġġoranza ċara favur id-Divorzju.

Dan kien riżultat ‘demokratiku’ tal-poplu, fejn il-maġġoranza esprimew ruħhom għal iktar drittijiet ċivili f’Malta. Dan huwa l-bidu lejn soċjetà aktar sekulari."

Żminijietna - Leħen ix-Xellug turi l-apprezzament tagħha għall-Moviment ta’ ‘Iva’, ‘Stand Up’, Move, Moviment Azzjoni Xellug, Graffitti, is-soċjetà ċivili, l-Alternattiva Demokratika, l-Alleanza Liberali, il-Partit Komunista u l-mexxej tal-Partit Laburista li lkoll kienu favur ta’ dan id-dritt ċivili.

David Pisani
PRO
Żminijietna - Voice of the Left
Mob: 7953 6914

Żminijietna tikkritika l-Awtoritajiet dwar l-irwejjaħ f’Hexagon House

Żminijietna - Leħen ix-Xellug esprimiet solidarjetà ma’ l-impjegati tal-MEPA li jaħdmu f’Hexagon House u qed jiġu esposti għal gassijiet li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-saħħa tagħhom.

“Il-fatt li dawn l-irwejjaħ qed joħorġu minn impjanti industrijali fil-qrib, għandhom ikunu ta’ allarm lill-Awtoritajiet. Ħaddiema f’ Hexagon House għadhom qed jkunu vittma ta’ dawn l-emissjonijiet industrijali. F’okkażjonijiet varji l-irwejjaħ ġew irrapportati wkoll lill-MEPA mill-Kunsill Lokali tal-Marsa.”

“Filwaqt li sal-lum ma’ ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta, ironikament, il-Kumitat ta’ Azzjoni u Tmexxija ta’ MUESAC,  b'kollaborazzjoni mal-MEPA, reċentement iddiskutew id-Direttiva Ewropea il-ġdida dwar l-Emissjonijiet Industrijali (Dir 2010/75/EU)”.

“Is-settur kummerċjali f'Malta jingħata aktar importanza mill-benessere taċ-ċittadini. Dawn l-irwejjaħ huma ta’ detriment mhux biss għall-ħaddiema, iżda wkoll perikolużi għar-residenti taż-żona”.
 
Żminijietna - Leħen ix-Xellug tappoġġja l-azzjonijiet meħuda mill-UHM biex jipproteġu l-impjegati li jaħdmu f’Hexagon House, kif ukoll tappella lill MEPA biex tħaffef il-proċess u tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura is-saħħa tan-nies qabel kull interess ieħor.

David Pisani
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna - Leħen ix-Xellug
Mob:79536914

Press Releases Main Page