Żminijietna appeals the government to assume social responsibility when awarding public contracts

Press Release: 30/01/11
Stqarrija Stampa: 30/01/11
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

 

Zminijietna - Voice of the Left
14/8 Vincenti Buildings, Strait Street, Valletta VLT1432, Malta
zminijietna@yahoo.com
www.zminijietna.org
Tel. / Fax: +00356 21223537

Żminijietna appeals the government to assume social responsibility when awarding public contracts

Żminijietna – Voice of the Left calls the Government to take administrative responsibility and address the injustices being carried out on a daily basis by Government’s authorities and agencies who are approving contracts that pay lesser wages than the national minimum wage standards.

"On one hand the fact that the government creates jobs is good, but on the other the creation of precarious employment should be condemned. This problem is affecting a large percentage of workers employed with companies receiving government’s contracts. The workers affected are mainly in the security, cleaning and construction sectors”.

"Many of these workers are being employed on a part-time basis or short contracts, where some workers are even being denied the minimum working standards requisites by law”.
 
Żminijietna praise the GWU for taking a clear position on this issue by mentioning the entities involves, and is calling for new legislations to regulate working conditions of these workers, where contracts should include decent working conditions.

”To date it appears that the award of such contracts to a company is valued on the costs offered by the bidding company, and taking only in consideration, the hours required to complete the contract, and does not specify the number of workers required. This is opening a door for abuse, and for the Government to abdicate from its’ social responsibilities”.
 
Żminijietna – Voice of the Left urges the Government to enforce law against such abuses of these workers and terminate those contracts where workers are not being given the minimum required by law.  

"The Government when talking on job creation should quantify what type of jobs are being created", ended Żminijietna.

Andre Damato
Assistant PRO
Żminijietna – Voice of the Left
Mob: 79536914

Żminijietna tappella l-Gvern jerfa’ responsabilta soċjali tiegħu fl-għoti tal-kuntratti

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tappella l-Gvern biex jieħu responsabilta amministrattiva u jindirizza l-inġustizzji li qed jiġu attwati ta’ kull jum mill-awtoritajiet u aġenziji tal-Gvern li qed japprovaw xogħol b’kuntratti ta’ valur anqas mill-paga minima nazzjonali.

“Li Gvern jaħdem sabiex jinħoloq ix-xogħol hija ħaġa tajba, imma li l-Gvern joħloq xogħol li huwa prekarju hi ta’ minn jikkundanna. Din il-problema hi mifruxa fuq persentaġġ ta’ ħaddiema, li lkoll huma mħaddma ma dawn il-kumpaniji li qed jieħdu l-kuntratti tal-Gvern, fosthom tas-sigurta, tindif u tal-kostruzzjoni”.

“Ħafna minn dawn il-ħaddiema huma mħaddma fuq bażi part-time jew b’kuntratti qosra, fejn wħud minnhom lanqas il-minimu rikweżit bil-liġi mhuma qed jingħataw”.

Żminijietna tfaħħar il-posizzjoni li qed tieħu GWU fuq din il-kwistjoni li ssemmi l-entita li qed tabbuża, u li qed tappella għal tfassil ta’ leġislazzjonijiet ġodda sabiex il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema jiġu mħarsa u sabiex it-tfassil tal-kuntratti jinkludi kundizzjonijiet diċenti tax-xogħol.

“Sa llum jidher li l-għoti tal-kuntratt lil xi kumpanija qed jiġi stmat fuq il-prezz ta’ l-offerta fejn l-istess kuntratt jitkellem fuq sigħat biex jitlesta jew jsir ix-xogħol u mhux kemm hemm bżonn ħaddiema biex isir ix-xogħol. Din id-deskrizzjoni fil-kuntratt li ma tispeċifikax in-numru ta’ ħaddiema meħtieġa qed tiftaħ bieb beraħ għal abbuż, u abdigar mir-responsabilta minn naħa tal-Gvern2.  

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tħeġġeġ il-Gvern biex jinforza l-liġi kontra l-isfruttament ta’ dawn il-ħaddiema u jwaqqaf  dawk il-kuntratti tax-xogħol fejn il-ħaddiema mhux qed jingħataw il-minimu rekwiżit bil-liġi.

“Il-Gvern meta jitkellem fuq ħolqien tax-xogħol, jagħmel tajjeb jekk jikkwantifika x’tip ta’ xogħol qed jinħoloq”, temmet tgħid l-għaqda Żminijietna.

Andre Damato
Assistant PRO
Żminijietna – Leħen ix-Xellug.
Mob: 79536914

 

Press Releases Main Page