Żminijietna against ‘ACTA'

Press Release: 03/02/12
Stqarrija Stampa: 03/02/12
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 


Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Żminijietna against ‘ACTA'

Żminijietna - Voice of the Left is opposed to the Maltese Government signing the ACTA treaty. This Treaty is being opposed in the European Parliament by the European Greens, the Social Democrats, the Liberals and the United Left block.

 “The Government of Malta and other European Governments approved this treaty before the European Parliament took a stand on this issue. We condemn this as an irresponsible, arrogant and anti-democratic behaviour. We also suspect that the Maltese government, like other European governments, were pressurised diplomatically by the United States to support this treaty. The US and Japan are the ones behind this Treaty, put forward in 2006”.

Żminijietna  said that "the poorer countries will be the mostly affected, as access to cheaper medicines will end once this Treaty is put in practice. The medicines available will be only those manufactured by multinational companies. Countries that produce low cost generic medicines for the market, such as India and Brazil will not be allowed to do so. This will result in high mortality rates in the poorer countries, where health care will deteriorate dramatically ".

"The treaty also poses a threat for civil liberties, as this Treaty will create a 'non-elected' international organization, which will be conferred with powers to monitor and proceed against those persons, who in their judgment, are deemed to have violated the intellectual copyright law. This will lead to the demand that the suspects will be extradited and be processed in a foreign country, with the consequence that the legal process may not be fair.”

Żminijietna joins up with the Malta Anti ACTA Group (MAAG), the Alternattiva Demokratika and the Labour Party and its MEPs who all took a stand against this Treaty. Żminijietna encourage other organisations to take a position on this particular issue. We also note that thousands of people are protesting in the streets of the European capitals against this treaty.

 
David Pisani
Public Relations officer
Żminijietna - Voice of the Left
Mob: 7953 6914

Stqarrija għall-Istampa: Żminijietna kontra t-Trattat 'ACTA’.

Żminijietna - Leħen ix-Xellug jopponi l-fatt li l-Gvern Malti iffirma t-trattat 'ACTA'. Dan it-trattat qed jiġi oppost fil-Parlament Ewropew mill-Ħodor, is-Soċjalisti Demokratiċi, il-Liberali u l-blokk tax-Xellug Magħqud.

"Il-Gvern ta' Malta u Gvernijiet oħra Ewropej approvaw dan it-trattat qabel ma’ l-Parlament Ewropew ħa pożizzjoni dwar din il-kwistjoni. Aħna nikkundannaw dan l-aġir bħala irresponsabbli, imġieba arroganti u anti-demokratiku. Aħna wkoll nissuspettaw li l-Gvern Malti, bħall-gvernijiet Ewropej oħra, kienu taħt pressjoni diplomatika mill-Istati Uniti biex jappoġġjaw dan it-trattat. L-Istati Uniti u l-Ġappun huma l-moħħ wara dan it-Trattat, li ġie mressaq għall-ewwel darba 2006".

Żminijietna qalet li "l-pajjiżi l-fqar se jkunu l-aktar pajjiżi milquta minn dan it-trattat. L-aċċess għall-mediċini ġeneriċi, li huwa ferm irħas minn dawk tal-marka se jkunu pprojbiti u llegali, hekk kif dan it-Trattat jitqiegħed fil-prattika. Il-mediċini disponibbli se jkunu biss dawk immanifatturati mill-kumpaniji multinazzjonali. Li tipproduċi mediċini ġeneriċi bi prezzijiet irħas, li jistgħu jilħquhom il-popli, bħalma jagħmlu l-Indja u l-Brażil, mhux se jkun aktar permessibli. Dan se jirriżulta f'żieda akbar fir-rata ta' mwiet u mard fil-pajjiżi l-fqar, għax il-kura tas-saħħa se tiddeterjora b'mod drammatiku".

“It-trattat joħloq ukoll theddida f'dawk li huma libertajiet ċivili. It-trattat ser joħloq organizzazzjoni internazzjonali 'mhux elett', li se tingħata s-setgħat biex timmonitorja u tipproċedi kontra dawk il-persuni, li fil-ġudizzju tagħha, jitqiesu li jkunu kisru l-liġi tad-drittijiet intellettwali. Dan jista’ jwassal għall-estradizzjoni ta’ persuni ħalli jiġu proċessati f'pajjiż barranin, bil-konsegwenza li l-proċess legali jista’ ma jkunx wieħed ġust."

Żminijietna tingħaqad mall-Moviment Malti Kontra l-ACTA (MAAG), l-Alternattiva Demokratika, l-Partit Laburista u l-MPEs tiegħu li lkoll ħadu pożizzjoni kontra dan it-Trattat. Żminijietna tħeġġeġ organizzazzjonijiet oħra biex jieħdu pożizzjoni dwar din il-kwistjoni partikolari. Ninnotaw wkoll li għexieren ta’ eluf ta’ nies qegħdin joħorġu fit-toroq ta’ l-ibliet Ewropej jipprotestaw kontra dan it-Trattat.


David Pisani
Uffiċjal Relazzjonijiet Publiċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob:7953 6914

 

 

 

 

Press Releases Main Page