Press Release: Żminijietna welcomes new rules on ‘self-employed workers’

Press Release: 12/04/12
Stqarrija Stampa: 12/04/12
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 


Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Żminijietna welcomes new rules on ‘self-employed workers’

Żminijietna – Voice of the Left welcomes the good will shown by the Government together with the work of the General Workers Union to put into force the new amendments under legal notice Nr 44 of the Employment and Industrial Relations Act.

“The approved amendments will reduce the abuses that were taken place in the engagement of new workers on a self employed basis”, said the leftist organisation Żminijietna.

Żminijietna states “that the act is a very important legislation to address the problem of precariousness in the labour market. In fact the legal notice stipulates eight criteria, where if five of them are satisfied, self employed worker will have to be classified as engaged on a fulltime basis on an indefinite contract, for the service given to his employer”.

Żminijietna said that the eight criteria of which five have to be satisfied are as follow. The person depends on one single person for whom the service is provided for at least 75% of his income over a period of one year; he depends on the person for whom the service is provided to determine what work is to be done and where and how the assigned work is to be carried out; he performs the work using equipment, tools or materials provided by the person for whom the service is provided; he is subject to a working time schedule or minimum work periods established by the person for whom the service is provided; he cannot sub-contract his work to other individuals to substitute himself when carrying out work; he is integrated in the structure of the production process, the work organisation or the company’s or other organization’s hierarchy; the person’s activity is a core element in the organization and pursuit of the objectives of the person for whom the service is provided, and he carries out similar tasks to existing employees, or, in the case when work is outsourced, he performs tasks similar to those formerly undertaken by employees.

“This is clear proof how important the work of the trade unions is for the country and society in general. It is important that the workers are organised in a trade union, as these organisations main aim is to protect workers and safeguard their conditions of work and standard of living”, concluded the organisation Żminijietna.

Richard Mifsud
Public Relations Officer
Żminijietna - Voice of the Left
Mob: 9928 1575

Stqarrija Stampa: Żminijietna tfaħħar ir-regoli l-ġodda dwar ħaddiema ‘self-employed’

Żminijietna – Leħen ix-Xellug tfaħħar l-koperazzjoni tal-Gvern flimkien mall-ħidma tal-General Workers Union biex daħlu fis-seħħ emendi ġodda taħt l-avviż legali Nru.44 ta’ l-Att Dwar l-impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.

“L-emendi approvati se jkissru ċ-ċirku ta’ abbuż li kien qed jitwettaq fl-ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda fuq bażi ta’ self employed”, qalet l-Għaqda Żminijietna.

Żminijietna tisħaq li “l-Att huwa leġislazzjoni mportanti sabiex tiġi miġġielda wkoll l-problema tal-prekarjeta fis-suq tax-xogħol. Fil-fatt, l-avviż legali jelenka tmiem kriterji li meta jiġu sodisfatti mill-inqas 5 minnhom, dak il-ħaddiem self-employed għandu jibda jitqies bħal li ġie impjegat full-time b’kuntratt indefinit mill-persuna li tkun ingaġġatu biex jipprovdilha s-servizz”.

Żminijietna qalet li t-tmien kriterji li ħamsa minnhom jridu jiġu sodisfatti huma klassifikati kif ġej. Il-Persuna tiddependi minn persuna waħda għal min is-servizz qed jiġi provdut għal mill-inqas 75% tad-dħul f’perjodu ta’ sena; hija tiddependi fuq il-persuna għal min is-servizz qed jiġi provdut biex jiġi stabbilit liema xogħol irid isir u fejn u kif ix-xogħol li ġie assenjat irid jitwettaq; hija tagħmel ix-xogħol permezz ta’ makkinarju, għodda u materjali provduti mill-persuna għal min is-servizz qed jiġi provdut; hija tkun soġġetta għal skeda ta’ ħin tax-xogħol jew għal perjodi ta’ ħin minimu ta’ xogħol stabbilit mill-persuna għal min is-servizz qed jiġi provdut; hija ma tistax tagħmel sub-contracting tax-xogħol tagħha lil individwi oħra floku meta jitwettaq ix-xogħol; hija persuna integrata fl-istruttura tal-proċess ta’ produzzjoni, l-organizzazzjoni ta’ xogħol jew il-ġerarkija tal-kumpanija jew ta’ organizzazzjoni oħra”.

“Din hija prova oħra ta’ kemm huwa mportanti is-sehem ta’ trejdjunijins fil-pajjiż u s-soċjetá nġenerali. Huwa mportanti li l-ħaddiema jkunu msieħba fi trejdjunjins għax dawn l-organizzazzjonijiet għan ewlieni għandhom – il-protezzjoni tal-ħaddiema u salvagwardja tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-għajxien tagħhom”, temmet tgħid l-Għaqda Żminijietna.

Richard Mifsud
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob: 9928 1575

Press Releases Main Page