Żminijietna comments on the General Workers’ Union success

Press Release: 25/01/12
Stqarrija Stampa: 25/01/12
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 


Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Żminijietna comments on the General Workers’ Union success

Żminijietna – Voice of the Left congratulates the General Workers Union for its success in attracting 4,115 new members in 2011. Żminijietna notes with great satisfaction that, apart from workers, several hundred University and MCAST students have joined as members of the GWU.

Żminijietna notes that more and more workers are realising the need to be organized in a trade union to meet the massive assault being waged by conservative governments and champions of the “free market” against the benefits won by the workers during years of hard struggle.

Malta is following the footsteps of Europe and the capitalist world and is in the midst of a financial crisis created by bankers and financial institutions. The burden of this crisis is being placed on the shoulders of the workers, pensioners, students, the unemployed and weak sectors of society. The criminals and bloodsuckers that created this crisis are allowed to continue their exploitation, downright robbery and evasion of taxes.

During the past year, the General Workers Union, apart from attracting new members, also worked to ameliorate the working conditions and pay of thousands of workers members by means of collective bargaining.

One must bear in mind that this work by the GWU benefits directly thousands of workers but also benefits society as a whole due to the multiplier effect to the benefit of shops and other sector as well as the government finances due to higher income from taxes and VAT.

Żminijietna urges the General Workers Union to continue its important mission and prepares to face the great challenges to come and oppose new vile practices being introduced in the labour market, such as precarious employment as well as the assault on the pensions system.


David Pisani
Public Relations officer
Żminijietna - Voice of the Left
Mob: 7953 6914

Żminijietna tifraħ lill-General Workers Union, il-ħaddiema u l-istudenti.

Żminijietna –Leħen ix-Xellug tifraħ lill-General Workers’ Union għall-ħidma kbira tagħha is-sena l-oħra meta rnexxielha tħajjar 4,155 membri ġodda. L-għaqda tesprimi s-sodisfazzjoni li barra mill-ħaddiema, mijiet ta’ studenti ta’ l-Universitá u l-MCAST issieħbu fl-ikbar unjin ta’ Malta.

Żminijietna hija ferħana li aktar u aktar ħaddiema qegħdin jifhmu l-ħtieġa li jkunu organizzati fi trejdunjin biex jilqgħu għall-attakk massiċ li qiegħed jitwettaq mill-gvernijiet tal-lemin u ċ-ċampjins tas-suq ħieles kontra l-kisbiet tal-ħaddiema mirbuħa b’tant sagrifiċċji f’taqtiegħa li qatt ma waqfet, imwettqa kontrihom mill-klassi tal-flus.

F’Malta, bħal ma qiegħed jiġri ma’ l-Ewropa u d-dinja kapitalista kollha, għaddejjin mill-kriżi finanzjarja maħluqa mill-bankiera. Il-piż ta’ din il-kriżi qiegħed jintefa’ fuq il-ħaddiema, il-pensjonanti, l-istudenti, dawk bla xogħol u d-dgħajfin fil-waqt li l-klassijiet u l-klikek ta’ sangisugi li serqu u redgħu lill-popli għadhom jitħallew jisirqu, jesplotjaw u jevadu t-taxxi.

Il-General Workers Union matul is-sena mhux biss irnexxielha tattira eluf ta’ msieħba ġodda imma tejbet il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ eluf oħra permezz tal-ftehim kollettivi li ffirmat ma’ ħafna intrapriżi.

Wieħed qatt m’għandu jinsa li kull titjib li l-GWU tikseb għall-ħaddiema msieħba jkollu effett ‘multiplier’ u jinfirex mas-soċjetá kollha b’benefiċċju għal tal-ħwienet u settur oħra biex ma nsemmux il-kaxxa ta’ Malta permezz ta’ taxxi u VAT.

Nawguraw lill-GWU biex tkompli din il-ħidma mportanti u tħejji biex tilqa’ għall-isfidi kbar li ġejjin fuq il-pajjiż u tiġġieled kontra prattiċi moqżieża li deħlin b’għaġġla fid-dinja tax-xogħol hawn Malta, bħall-prekarjetá u l-assalt fuq il-pensjonijiet


David Pisani
Uffiċjal Relazzjonijiet Publiċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob:7953 6914

 

 

 

 

Press Releases Main Page