Press Release:Local Plans “Longer consultation period with scientific studies a must”- Żminijietna

Press Release: 01/08/13
Stqarrija Stampa: 01/08/13
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Press Release: Local Plans “Longer consultation period with scientific studies a must”- Żminijietna.

“Revision of local plans should guarantee environment sustainability with regards the use of land and development”, said Żminijietna – Voice of the Left. “The revision of local plans should not lead to unsustainable development”.

Żminijietna stresses “the need for various scientific studies before a revision in local plans is implemented. Sociological, economic, ecological,  and agricultural, among others should be carried out.Other important issues such as solar rights, land reclamation, and others must not be ignored in this process. The regional aspect of local plans should also be retained.”

“Any review of local plans not based on scientific studies cannot be  holistic and fair. In fact several areas included for development in the local plans of 2006, including those in Mosta, Mgarr, Sliema and Għargħur will lead to further unnecessary building development and the destroying of the local characteristic evironment. Latest national statistics on property shows that the amount of vacant property reached 72,000 or 33% of all property built in Malta".

Żminijietna, appeals not only for the extension of the consultation period as several other environmental organizations are proposing, but before anything, scientific studies should be conducted in relation to this. If not, it means that the supposed reform changes to MEPA are only cosmetic.

Richard Mifsud
Public Relations Officer
Żminijietna – Voice of the left
Mob: 9928 1575

 

Stqarrija Stampa: Pjanijiet Lokali “Konsultazzjoni itwal u studji xjentifici” – Żminijietna.

“Ir-reviżjoni tal-pjani lokali għandha tiggarantixxi sostenibilità ambjentali f’dak li hu użu ta’ art u żvilupp”, qalet l-għaqda Żminijietna – Leħen ix-Xellug. “Ir-reviżjoni tal-pjani lokali m'għandhiex twassal għal aktar żieda fl-iżvilupp mhux sostenibbli”.

Żminijietna tisħaq “dwar il-bżonn li qabel ma jibda dan il-proċess jsiru diversi studji xjentifiċi. Studji xjentifiċi għandhom jinkludu studji soċjoloġiċi, ekonomiċi, ekoloġiċi, u agrikoli, fost oħrajn. Kwistjonijiet bħal solar rights, reklamazzjoni tal-art, u oħrajn m'għandhomx jiġu njorati lanqas f'dan il-proċess. L-aspett reġjonali fil-pjani lokali għandu jibqa' ".

"Kull reviżjoni tal-pjani lokali li mhux ibbażata fuq studju ma jistax jingħad li hu wieħed ħolistiku u ġust. Infatti diversi żoni li ddaħħlu għall-iżvilupp fil-pjani lokali ta’ 2006, fosthom dawk fil-lokalità tal-Mosta, Għargħur, Sliema u Mġarr se jwasslu għal aktar bini bla bżonn u qerda tal-karatteristiċi tal-lokalitá. L-aħħar ċensiment nazzjonali dwar il-propjetá juri li l-ammont ta’ bini vojt jlaħħaq 72,000 jew 33% tal-propjetá kollha f’Malta”.

Żminijietna għalhekk tappella, “li mhux biss jitwal iż-żmien ta’ konsultazzjoni, kif qed jipproponu diversi għaqdiet ambjentali, imma qabel xejn għandhom jitħejjew id-diversi studji xjentifiċi relatati ma dan il-pjan. Jekk le, jfisser li r-riformi li suppost qed jseħħu fil-MEPA huma biss kożmetiċi”.  

Richard Mifsud
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug.
Mob: 9928 1575

 

Press Releases Main Page