Stqarrija Stampa: Baġit 2014 għandu jimmira għall-ġustizzja soċjali u ambjentali - Żminijietna

Press Release: 1/11/13
Stqarrija Stampa: 1/11/13
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Stqarrija Stampa: Baġit 2014 għandu jimmira għall-ġustizzja soċjali u ambjentali - Żminijietna

Żminijietna – Leħen ix-Xellug qalet “li l-Baġit 2014 għandu jimmira għall-ġustizzja soċjali u ambjentali, billi fost oħrajn inaqqas l-inugwaljanzi li jeżistu fis-soċjetà Maltija”.

“Is-servizzi pubbliċi bħas-saħħa u l-edukazzjoni, il-politika soċjali u ekoloġika għandhom bżonn sostenn finanzjarju sostenibbli sabiex jiġu applikati. Filwaqt li l-Gvern għandu jinċentiva lil setturi varji ta’ l-ekonomija biex joħloq l-impjiegi, l-Gvern għandu wkoll jirrevedi lura t-taxxa ta’ dħul li hi vitali għat-tisħiħ tal-‘welfare state’. B’hekk, ir-rata massima ta’ 35% fuq it-taxxa tad-dħul għandha terġa tidħol, sabiex tipprovdi dħul adekwat biex ikopri s-servizzi pubbliċi. Ta’ min jgħid li din ir-rata hija fost l-iktar baxxi fl-Ewropa”.

“Nisħqu favur żieda fil-paga minima nazzjonali, li tinkludi wkoll ħaddiema immigranti, part-time u b’kuntratt defenit. F’dak li hu xogħol b’kuntratt defenit u agency workers, l-gvern għandu jdaħħal miżuri fiskali biex jagħmel it-tħaddim ta’ impjieg temporanju aktar għoli minn impjieg regolari, u allura anqas attrajenti għall-emplojers. Dawn il-miżuri iżidu l-ġustizzja soċjali, ikabbru l-ekonomija u jinċentivaw iktar nies biex ifittxu impieg diċenti. Il-Gvern għandu jiżgura mpjieg diċenti f’kuntratti pubbliċi“.

“Sussidji fuq servizzi bażiċi, bħall-gass għandhom ikunu ntrodotti mil-ġdid. Fl-istess ħin nisħqu għall-investiment ikbar għal enerġija rinnovabbli, u għall-aċċess universali għal enerġija nadifa, permezz ta’ incentivi fiskali ghal min irid juza din l-energija u pannelli fotovoltajiċi fuq bjut ta’ bini pubbliku, għall-benefiċċju ta’ residenti tal-lokal li ma jistax igawgu minn din l-energija fir-residenza taghhom. Dan kollu jżid il-green jobs”.

“Fir-rigward tal-COLA, Żminijietna tinsisti li din għandha tiġi riformata biex tirrifletti l-ispiża reali tal-ħajja. Il-beneficcji socjali ukoll ghandhom jiriflettu l-gholi tal-hajja. Ghandu jkun hemm ċentri indipendenti fil-komunità (independent living) għall-persuni b’diżabilità u gruppi vulnerabbli. Persuni vulnerabbli li jiddeċiedu li jaħdmu, m’għandhomx jitilfu l-benefiċċji soċjali sempliċiment għax jaqbżu l-paga minima, għax din il-politika iżżid l-inġustizzja soċjali”.

“Is-sejħa għal aktar nisa u minoranzi oħra bħal eks-ħabsin biex jidħlu fis-suq tax-xogħol teħtieġ  politika nklussiva. Fost oħrajn għandha tiġi mplimentata il-wegħda għall-iżvilupp ta’ aktar ‘childcare centres’ li jkunu bla ħlas. Il-gvern għandu wkoll jintroduċi aktar miżuri li jibbilanċjaw ix-xogħol ma’ responsabilitajiet tal-missirijiet u ommijiet u mal-ħin ħieles. Is-settur privat m’għandux ikun eżentat minn dawn il-miżuri”.

“Il-gvern għandu jintroduċi mekkaniżmi ċari ta’ kif jiġu stabbiliti l-pagi. Għandha tiġi ntrodotta l-paga massima, li tkun tapplika għas-settur pubbliku, sabiex ikun hemm iktar ugwaljanza f’dan is-settur u sabiex tieqaf il-prattika ta’ pagi astronomiċi għal min jaħdem fis-settur pubbliku”.

“Il-gvern għandu jkoll jikkonsidra jintroduċi miżuri fiskali li jintaxxaw il-profitt esaġerat (windfall profits) fis-settur bankarju, finanzjarju u on-line gaming. Il-proprjetà vojta għandha tiġi ntaxxata, u l-eko-taxxa ghandha tahdem verament ta’ taxxa fuq hsara ambjentali. Ghandu jkun hemm sforz ikbar kontra l-evazjoni tat-taxxa”.

“Il-Housing’ huwa settur ieħor vitali u Żminijietna tinsisti li l-Gvern m'għandux jabdika mir-responsabbiltà soċjali tiegħu sabiex jgħin persuni u koppji vulnerabbli biex ikollhom post diċenti fejn jgħixu”.

Żminijietna tisħaq ukoll li l-Gvern għandu jagħti priorità għal kwistjoni tal-penzjoni, sabiex tiġi assigurata pensjoni ta' l-istat ugwali u diċenti għal kulħadd, u li din tkun waħda sostenibbli. Dan sabiex jiġi żgurat li persuni anzjani ma jkunux fil-faqar".

Richard Mifsud
Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug.
Mob: 9928 1575

 

 

Press Releases Main Page