March Against Monsanto - Żminijietna participates

Press Release: 05/06/13
Stqarrija Stampa: 05/06/13
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 


Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

March Against Monsanto - Żminijietna participates

Żminijietna - Voice of the Left is participating in the March Against Monsanto on Saturday 25th May, 11am, Valletta, together with other NGOs. Żminijietna said that Monsanto represents the GMO industry which should be opposed for various reasons.    

Żminijietna said: "GMO corporations are carrying out irreversible processes on agriculture. Besides, cross-contamination from one GMO field to another can take place. These corporations have not managed to prove that there is no long-term damage on humans and the ecology".

"The GMO industry is increasing the exploitation of farmers, by making them fully dependent on material required for GMO production in the process. This comes at the expense of food diversity and autonomy of farmers on the land in which they work. Class inequality increases through GMO production".

"Through GMO production, agricultural land is used for profit maximisation of a few transnational corporations. Such corporations fuel the capitalist system and neo-liberal policies which are resulting in global inequalities and hunger".

"Żminijietna joins leftist, green and progressive forces in the call for an immediate decision for an EU free of cultivated GMOs, and we also call for their outright ban. In the meantime all GMO products should be clearly labeled. 60 countries around the world, including all EU member states have restrictive polices on GMOs, but Monsanto and other companies are trying to reverse such policies".

Richard Mifsud
Public Relations Officer
Żminijietna – Voice of the Left
Mob: 9928 1575

Stqarrija Stampa: Marċ ta’ Protesta Kontra l-Monsanto - Żminijietna tipparteċipa

Żminijietna - Leħen ix-Xellug se tipparteċipa fil-Marċ ta’ Protesta Kontra l-Monsanto nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju, fil-11am, ġewwa l-Belt Valletta, flimkien ma diversi għaqdiet oħra. Żminijietna qalet li l-Monsanto tirrappreżenta l-industrija tal-GMOs li għandhom jiġu opposti għal diversi raġunijiet.

Żminijietna qalet: "kumpaniji tal-GMOs qed iwettqu proċessi rriversibbli fuq l-agrikoltura. Barra minn hekk, “cross-contamination” minn għalqa bil-GMOs għall-oħra tista’ sseħħ. Dawn il-kumpaniji ma rnexxilhomx jipprovdu evidenza ċara li m'hemm l-ebda ħsara fit-tul fuq il-bniedem u l-ekoloġija."

"L-industrija tal-GMO qed iżżid l-isfruttament fuq il-bdiewa, billi jagħmluhom kompletament dipendenti fuq materjal meħtieġ fil-produzzjoni tal-GMOs. Dan jiġi askapitu tad-diversità tal-ikel u l-awtonomija tal-bdiewa fuq l-artijiet li jaħdmu fihom. Bil-produzzjoni tal-GMOs qed tiżdied l-inugwaljanza fil-klassi".

"Bil-produzzjoni tal-GMOs, art agrikola tintuża għall-massimizzazzjoni tal-profitt għal ftit kumpaniji multinazzjonali. Dawn il-kumpaniji jsaħħu s-sistema kapitalista u l-politika neo-liberali li qed tirriżulta f’inugwaljanza globali u ġuħ".

"Żminijietna tingħaqad ma’ forzi oħra xellugin, ħodor  u progressivi fis-sejħa għal deċiżjoni mmedjata favur Ewropa mingħajr il-kultivazzjoni ta’ GMOs. Wkoll qed nappellaw għal projbizzjoni assoluta tagħhom. Fil-frattemp il-prodotti kollha bil-GMOs għandhom ikunu ttikkettati b'mod ċar. 60 pajjiż madwar id-dinja, inkluż l-istati Membri kollha tal-UE għandhom politika restrittiva fuq il-GMOs, iżda l-Monsanto u kumpaniji oħra qed jippruvaw ireġġgħu lura politika bħal din".

Richard Mifsud
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob: 9928 1575

Press Releases Main Page