Press Release: “Reaction to Budget 2014” - Żminijietna - Voice of the Left

Press Release: 10/11/13
Stqarrija Stampa: 10/11/13
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Press Release: “Reaction to Budget 2014” - Żminijietna - Voice of the Left
 
Żminijietna – Voice of the Left said that “Whilst various social measures of Budget 2014 are positive, on the other hand it is unclear whether Government’s socially regressive tax policy is sustainable to maintain egalitarian and universal public services”

“Free child-care centres, incentives for more people to enter the labour market, tax benefits for first time buyers, and increase in social benefits for persons with disability and others with severe conditions are beneficial, though it is disappointing to see that services such as IVF will not be universally accessible”.

“With regard to education and employment, Żminijietna welcomes the increase in public investment in education and for the strengthening of the stipends system. We insist for specific legislation against precariousness, as otherwise, policies which aim to make work pay can reach a dead-end if there are not enough decent and stable jobs”.

“In relation to energy, Żminijietna supports in principle the proposed reduction in energy prices. Strategically, however, the budget fails in renewable energy, in sustainable water policies and in the creation of green jobs. A shift to renewable energy is essential for energy sustainability”.
 
“Government’s determination to reduce income tax rate for the well-off is regressive and can put the financial sustainability of the welfare state in danger. This is even more worrying when Malta requires massive state investment in pensions, as the majority of workers cannot afford third-pillar private pensions. A socially just society with universal public services requires socially just revenue measures to enhance the redistribution of wealth”.

Richard Mifsud
PRO
Żminijietna – Voice of the Left
Mob: 9928 1575 


Stqarrija Stampa: “Reazzjoni għall-Baġit 2014” - Żminijietna – Leħen ix-Xellug
 

Żminijietna – Leħen ix-Xellug qalet li “filwaqt li diversi miżuri soċjali fil-Baġit 2014 huma pożittivi, mil-banda l-oħra mhuwiex ċar jekk il-politika rigressiva ta’ tnaqqis fit-taxxa hijiex sostenibbli biex iżżomm servizzi pubbliċi, universali u ugwali għall-kullħadd.

“Servizzi ta’ child-care centres bla ħlas, inċentivi biex aktar nies jidħlu fis-suq tax-xogħol, benefiċċji fit-taxxa għall-koppji li ħa jixtru l-ewwel dar, u żieda fil-benefiċċji soċjali għall-persuni b’diżabilità u oħrajn b’kundizzjonijiet severi lkoll huma ta’ benefiċċju, għalkemm huwa ta’ diżappunt li servizzi bħall-IVF mhux se jkunu aċċessibli għall-kullħadd”.

“Fir-rigward tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Żminijietna tilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda fl-investiment fl-edukazzjoni pubblika u fit-tisħiħ tas-sistema tal-istipendji. Ninsistu għall-leġislazzjoni speċifika kontra l-prekarjat, jekk le, politika li l-għan hi li tinkoraġixxi ‘make work pay’ tista’ tasal fi tmiema jekk ma jkunx hemm biżżejjed xogħol diċenti u stabbli”.

“F’dik li hi enerġija, Żminijietna tappoġġja fi prinċipju l-proposta ta’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija. Strateġikament, imma, l-baġit falla f’dik li hi enerġija rinnovabbli, politika għal ħarsien sostenibbli tal-ilma, u l-ħolqien tal-‘green jobs’ ”.

 “Id-determinazzjoni tal-gvern li jnaqqas ir-rata tat-taxxa ta’ dħul għal dawk komdi fis-soċjetà hija waħda rigressiva u tista’ titfa’ s-sostenibilità tal-‘welfare state’ f’periklu. Din hi aktar nkwetanti, meta Malta teħtieġ investiment massiv fil-pensjonijiet, fejn ħafna mill-ħaddiema ma jistgħux jaffordjaw jħallsu għall-pensjoni privata ta’ tielet pilastru. Soċjetà soċjalment ġusta b’servizzi pubbliċi universali jeħtieġu miżuri ta’ dħul għall-gvern li jkunu soċjalment ġusti biex jsaħħu r-ridistribuzzjoni tal-ġid”.

Richard Mifsud
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob: 9928 1575

 

Press Releases Main Page