Press Release: Anti-poverty campaign requires social model - Żminijietna

Press Release: 18/07/13
Stqarrija Stampa: 18/07/13
(Verzjonijiet bl-Ingliz u bil-Malti)

 

Żminijietna – Leħen ix-Xellug
P.O Box 35 Sliema. SLM1000
www.zminijietna.orgzminijietna@yahoo.com 

Anti-poverty campaign requires social model - Żminijietna

Żminijietna - Voice of the Left welcomed Government's plans to have a campaign against poverty. The NGO added that to be successful, this campaign requires a social model and progressive fiscal policy.

"It is positive that the Government is recognizing the real existence of poverty in Malta and that it is planning to tackle this problem. In this regard, it is essential that Malta adopts a social model to prevent poverty in the first place. For this to take place, Malta should move away from neo-liberal policies and instead ensure that Malta's welfare state is universalistic, that fiscal policy is progressive, and that social justice is mainstreamed".

"Some policies which are essential to tackle poverty include having an increase in the minimum wage, having employment policies which are inclusive and against precariousness, increased investment in education and having a sustainable income-tax system which generates revenue to finance public spending. As regards the latter, we strongly appeal to the Government to revert back to the 35% income tax rate for high earners, as otherwise the State will lose revenue which is essential for public services".

In the meantime, Żminijietna - Voice of the Left has joined forces with Malta's Anti-Poverty Alliance in the European appeal for the introduction of an unconditional basic citizen's income which guarantees a decent income for all.  A Europe-wide official petition for this purpose can be signed at http://basicincome2013.eu/

Richard Mifsud
Public Relations Oficcer
Żminijietna – Voice of the Left
Mob: 9928 1575

Stqarrija Stampa:Kampanja kontra l-faqar teħtieġ mudell soċjali - Żminijietna

Żminijietna - Leħen ix-Xellug tilqa’ l-pjanijiet tal-Gvern biex jkun hawn kampanja kontra l-faqar. L-Għaqda żiedet tgħid “li biex din il-kampanja tkun suċċess, teħtieġ mudell soċjali u politika fiskali progressive”.
“Huwa pożittiv li l-Gvern qed jirrikonoxxi l-eżistenza reali tal-faqar f'Malta u li qed jippjana li jindirizza din il-problema. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li Malta tadotta mudell soċjali li jevita mill-ewwel il-faqar. Biex jseħħ dan, Malta għandha timxi lil hinn mill-politiki neo-liberali u minflok tiżgura li welfare state jkun wieħed universali, li l-politika fiskali tkun progressiva, u li l-ġustizzja soċjali tkun waħda integrata".

"Uħud mill-pjanijiet li huma essenzjali biex jiġi ndirizzat l-faqar jinkludu, żieda fil-paga minima, jkollna politika tax-xogħol li tkun inklussiva u kontra prekarjetà, żieda ta’ investiment fl-edukazzjoni u li jkollna sistema tad-dħul fiskali sostenibbli li tiġġenera biżżejjed dħul biex tiffinanzja l-infiq pubbliku. Fir-rigward ta’ taxxa, aħna bil-qawwa nappellaw lill-Gvern biex  jirrevedi lura l-miżura tal-baġit, ta’ tnaqqis fir-rata ta’ taxxa ta’ dħul minn 35% għal 25%, jew nkella l-istat se jitlef ammont konsiderevoli ta’ dħul li huwa essenzjali għas-servizzi pubbliċi".

Fil-frattemp, Żminijietna - Leħen ix-Xellug tingħaqad mal-Alleanza Kontra l-Faqar Malta fl-appell Ewropew għall-introduzzjoni ta' dħul bażiku mingħajr kundizzjonijiet li jiggarantixxi dħul diċenti għal kulħadd. Petizzjoni uffiċjali li qed tiġi ċċirkolata madwar l-pajjiżi kollha Ewropej tista’ tiġi ffirmata fuq http://basicincome2013.eu/


Richard Mifsud
Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi
Żminijietna – Leħen ix-Xellug
Mob: 9928 1575

Press Releases Main Page